Kieku tista’ tieqaf tirreċta – Angelina Jolie

Sabet li hu aktar diffiċli milli ħasbet li tidderieġi lilha nnifisha u lil żewġha fil-film By the Sea f’Malta

Il-koppja Brad Pitt u Angelina Jolie
Il-koppja Brad Pitt u Angelina Jolie

Waqt intervista li saret hawn Malta mal-magazin DuJour, Angelina Jolie, sostniet li l-pjan tagħha dejjem kien li ssir direttur full time. Fil-fatt dan hu t-tielet film tagħha.

“Qatt ma ħassejtni komda bħala attriċi; qatt ma għoġobni naħdem quddiem il-kamera. Ma ħsibtx li nista’ nidderieġi, imma nittama li jirnexxieli jkolli karriera minn hekk, għax jien ħafna aktar kuntenta,” spjegat l-attriċi Amerikana ta’ 39 sena.

Żiedet tgħid kemm qed tħossha diffiċli li tidderieġi lilha nnifisha u lil żewġha. It-tema tal-film ma tgħinhomx anqas. Madankollu Jolie tħoss li mexjin tajjeb minħabba li qed ikun hemm skambju ta’ ideat san.

Iżda Pitt mhux biss l-uniku membru fil-familja li qed jaħdem magħha fil-film. L-ikbar tifel addottat tal-koppja, Maddox li għandu 13-il sena, qed jimxi fil-passi ta’ ommu u missieru u ħa r-rwol ta’ assistant għall-produzzjoni f’dan il-film.  

More in Zekzik