L-aktar ħalliela 'sexy' fid-dinja

Ammettiet għal 30 akkuża minn 114-il waħda

L-aktar ħalliela sexy fid-dinja
L-aktar ħalliela sexy fid-dinja
L-aktar ħalliela sexy fid-dinja
L-aktar ħalliela sexy fid-dinja

Stephanie Beaudoin, ħadet it-titlu mhux uffiċjali tal-aktar ħalliela 'sexy' tad-dinja meta ritratt tagħha bil-bikini feġġ fuq l-internet wara li ġiet arrestata f'Settembru li għadda u ttellgħet il-qorti lbieraħ fejn ammettiet għal 30 akkuża mill-114 li hemm kontriha fil-Kanada.

Beaudoin ta' 21 sena u tliet kompliċi tagħha taħt l-età jinsabu akkużati li daħlu fit-42 dar u Stephanie hi akkużata wkoll li kienet fil-pussess ta' arma tan-nar. Il-każ qajjem għagħa sħiħ fil-Kanada minħabba r-raġuni li wasslet lil din l-istudenta tan-nursing u mingħajr ebda storja kriminali f'ħajjitha biex titfaċċa fid-dinja tal-kriminali.

Kien ritratt minn gazetta Kanadiża li ħadu minn fuq Facebook tagħha li bidlet l-istorja ta' Stephanie minn kurżità żgħira għal waħda sensazzjonali li qed iddur madwar id-dinja.

Meta ħareġ dan ir-ritratt kien hemm min kiteb li hu lest li jħalliha tisraqlu qalbu u kien hemm wieħed kitbilha li hu lest li jħalliha tidħollu f'daru biex tisirqu meta trid.

It-Tnejn fil-qorti ammettiet għal 30 akkuża u dak biss jista' jpoġġiha għomorha l-ħabs skont il-liġijiet Kanadiżi. "Jiddispjaċini għal dak kollu li għamilt" qalet Stephanie," Issa qed ninduna eżatt x'għamilt u kull sentenza li jagħtini l-imħallef naċċettaha u ngħix mal-konsegwenzi li ġibt fuqi."

Iżda jekk Stephanie tqattax żmien il-ħabs għadu ma ġiex determinat. L-avukat tagħha qal li għalkemm kienet qed taħdem biex tiggradwa bħala nurse, kienet għaddejja minn dipressjoni dak iż-żmien li wettqet ir-reati.

Servizz komunitarju u 'counselling' tkun sentenza aktar ġusta skont l-avukat tagħha. Hu qal ukoll li l-kompliċi tagħha huma bejn 4 u 8 snin iżgħar minnha u hi ma kinitx il-kap tagħhom iżda waħda mill-klikka.

Il-prosekutur innota li kien hemm kwantitajiet kbar ta' ġojjellerija misruqa, flus, apparat u anke armi u bosta minnhom għadhom ma ġewx ritornati. Jekk dawn ma jiġux ritornati, Beaudoin qed tissogra sentenza aktar ħarxa.

More in Zekzik