Johansson trid tmur lura Los Angeles

Qed tfittex dar li tipproteġi l-privatezza tagħha u ta’ familtha

Scarlett Johansson
Scarlett Johansson

Mid-dehra Scarlett Johansson tixtieq tmur tgħix lura f’Los Angeles. Is-sena li għaddiet l-attriċi marret tgħix f’Pariġi mal-għarus tagħha Romain Dauriac imma ftit tax-xhur ilu marret f’belt twelidha, New York, biex twelled lil bintha Rose, li llum għandha xahrejn. Iżda fi tmiem il-ġimgħa li għadda dehret tiċċekkja fil-West Coast li tiswa $2.9 miljun fl-istess inħawi li kienet tgħix fihom mal-eks żewġha Ryan Reynolds.

Il-ħsieb tagħha hu li tqatta’ ħinha bejn iż-żewġ bliet Amerikani. Hi se terġa’ tibda xogħol dalwaqt, fosthom li tagħti leħinha lil Kaa għall-film animat The Jungle Book. L-għarus tagħha, li jaħdem fir-reklamar, wegħedha li jieħu ħsieb ta’ binthom u jagħti l-appoġġ kollu meħtieġ.

Il-villa, minkejja l-lussu kollha li fiha, mhix se teħodha għax tħoss li ma toffrix biżżejjed privatezza lilha u lil familtha.

More in Zekzik