Jintemm baġit ta' kważi erba' sigħat

Baġit ta' madwar 28,000 kelma
 

Għadu kif intemm il-qari tal-baġit ta' madwar 28,000 kelma. Persuni li tkellmu mal-ILLUM f'età avvanzata qalu li qatt ma jiftakru qari ta' baġit li ħa daqshekk fit-tul.

Minn informazzjoni li waslitilna, id-diskors tal-baġit kien fih madwar 28,000 kelma. Beda fis-6.30pm u ntemm ftit qabel l-10.30pm.

Fuq Twitter kien hemm attività kontinwa tal-membri parlamentari li kitbu dwar it-tul tal-baġit, x'kien fih u x'ma kienx fih.

Intant, id-delegat Nazzjonalista David Agius tefa' wkoll ritratt tal-arloġġ biex juri kemm dam għaddej il-baġit.

Attività oħra li kien hemm fuq Twitter dwar it-tul tal-baġit qiegħda hawn taħt
 

It-tweet ta' Jonathan Shaw
It-tweet ta' Jonathan Shaw

More in Zekzik