Xbajt mill-ġar? Ixtrilu daru

Richard Hammond ta’ Top Gear iwaqqaf it-tilwim mal-ġar billi jixtrilu d-dar ta’ £1.2 miljun

Richard Hammond
Richard Hammond

Wieħed mill-preżentaturi ta’ Top Gear, Richard Hammond, temm il-battibekki li kellu mal-ġar Mark O’ Connor billi xtralu d-dar għall-prezz ta’ £1.2 miljun. Sitt snin ilu Hammond kien xtara kastell b’sitt kmamar tas-sodda qrib Ross-on-Wye, Herefordshire għal madwar £2. Din tinkludi numru ta’ garaxxijiet li jaħżnu l-kollezzjoni ta’ karozzi klassiċi. B’hekk issa għandu art enormi u żewġ proprjetajiet li jiswew madwar £3 miljun.

Mid-dehra l-ġlied qam fuq l-annimali li jrabbi l-preżentatur. Skont il-gazzetta Ingliża The Sun, l-assistent personali ta’ Hammond ħallas bi flus kontanti għall-proprjetà li tinsab fuq kważi 60,000 metru kwadru.

More in Zekzik