Cyrus u Schwarzenegger jitbewsu fil-pubbliku

Jiffilmjaw il-bews tagħhom

Konfermata r-relazzjoni bejn Miley u Patrick
Konfermata r-relazzjoni bejn Miley u Patrick

Miley Cyrus u Patrick Schwarzenegger attendew għal-logħba tal-USC Trojans kontra l-California Golden Bears imma donnu d-divertiment mar lil hinn minn hekk. Iż-żgħażagħ ta’ 21 sena dehru jitbewsu quddiem l-ispettaturi bla ebda problemi ta’ xejn. Mhux biss, talli l-mudell iffilmja t-tgħanniq u t-tbewwis tagħhom.

Il-kantanta dehret tgawdi l-mument imma Schwarzegger kien iktar ikkonċentrat li jieħu r-ritratti.

Il-ġurnata ta’ qabel il-koppja marret għall-Q&A tal-film ġdid ta’ Kristen Stewart u Julianne Moore - Still Alice at Hollywood's Egyptian Theatre. Wara marru d-dar ta’ familtu u kienu fil-kumpanija t’oħtu Katherine u ommu Maria Shriver, li hi l-produttur eżekuttiva tal-film.

More in Zekzik