Ta' 32 sena sar l-iżgħar nannu fl-Italja

Sar Missier ta' 17-il sena, bintu saret omm ta' 15-il sena

Salvatore Rizzo l-iżgħar nannu fl-Italja
Salvatore Rizzo l-iżgħar nannu fl-Italja

Salvatore Pizzo ta' 32 sena minn Belmonte Mezzagno, Palermo sar l-iżgħar nannu fl-Italja wara li bintu, Giorgia ta' 15-il sena saret omm ta' Sharon.

Salvatore kien sar missier Giorgia ta' 17-il sena u bintu żammet il-pass ta' missierha u saret omm ta' 15-il sena. B'dan it-twelid tat-tarbija Salvatore kiser ir-rekord ta' ġuvni ieħor ta' 33 sena minn San Remo li kien qed iżomm ir-rekord tal-iżgħar nannu.

Salvatore qal li ma kienx kuntent li bintu kienet tqila ta' dik l-età, anzi kien irrabjat ħafna iżda maż-żmien aċċettajt il-fatt u llum inħoss li hi l-isbaħ ħaġa li setgħet tiġrili f'ħajti.

Missier it-tifla għandu 20 sena u Giorgia se tibqa' tieħu ħsieb it-tifla filwaqt li stqarret li malli tagħlaq 18-il sena hi u l-għarus, missier it-tifla mistennija jiżżewġu.
 

More in Zekzik