Il-poodle

Jekk tisma’ xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat imejl fuq [email protected]

Antoine il-gustuż

Antoine the beautiful
Antoine the beautiful

Nibda billi ngħid kemm ħadt pjaċir nara l-kitba ta’ Antoine Borg il-parlamentari Nazzjonalista li kien jieħu ħsieb il-finanzi tal-Pinne. Bħalma tistgħu timmaġinaw għamel biċċa xogħol tajba ħafna għax daħlu gass down għal ġol-ħajt. Insomma dan Borg fuq Facebook qal li meta kien żgħir kien aktar gustuż minn George Pullicino. Diffiċli tafux, għax b’dak il-geddum ma nafx kif tista’ titkellem hekk.  Miskin George.

L-eroj tagħna

 Joseph Calleja
Joseph Calleja

Il-ġimgħa l-oħra ktibt fuq l-eroj tagħna Joseph Calleja, irċevejt nota li jien imissni nistħi li ngħid li dan daħħal €80,000 mill-kunċert f’Malta. Dan li qalli, qalli wkoll li jien missni noqgħod kwiet għax anki jekk Calleja jaqla’ ħafna flus u ma jiddikjarahomx għandi nagħmel bħal Ġaħan u ma nitkellem xejn. U jien għax pixxikalda staqsejt lil tat-taxxa jekk Calleja vera ma ddikjarax kollox. U minflok risposta qaluli biex ma nsaqsix mistoqsijiet stupidi.

Marika tħobb il-CCF

Marika Mizzi
Marika Mizzi

Mela Marika Mizzi dik li kienet taħdem mal-President George Abela qed taħdem mal-Caritas. Tajjeb tafux. Imma ma nistax nifhem għalfejn qed tipprova torgannizza attivitajiet li jikkompetu mal-Community Chest Fund fejn kienet taħdem hi. Issa bħas-soltu, għasfur mhux tal-għana qalli li din Marika daqsxejn u kemxejn irrabjata li ma ħasbux fiha meta telqet mill-Palazz. Eħħ bħal ma jgħidu dejjem ikun hemm raġuni tafux.  

Fabian Demicoli wonderman

Fabian Demicoli
Fabian Demicoli

Fabian Demicoli huwa l-kap tal-aħbarijiet tan-Net News. Bejnietna kulħadd qed jgħid li dan Fabian veru tajjeb bħala Head of News, tant hu tajjeb li qed jaħsbu jew aħjar qed jibżgħu li s-CNN jisriquh min-Net News. Għax dan Fabian minn imkien sar l-iktar persuna kapaċi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aħbarijiet u kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-amministrazzjoni ta’ stazzjon. Issa biex infakkarkom min hu Fabian, ngħidilkom biss biex tiftakru f’Peppi Azzopardi u Xarabank. Olè!

Kolleġġjalità tal-Avukat Abela

Robert Abela
Robert Abela

Robert Abela l-avukat tal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija qed jagħmel biċċa xogħol tajba mal-unjin tal-Pulizija. Mela dawn qalu li huma ma jaqblux mal-mod kif il-karigi ta’ fuq jiġu rimunerati waqt li dawk t’isfel ikunu skont salarji stabbiliti.  Eħħ, naqbel, għax wara kollox Robert Abela meta jaħdem mal-MEPA, Alla jbierek, ma jiħux is-salarji tal-avukati li jaħdmu hemm. Hu u l-mara tiegħu, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Partit Laburista, jitħallsu b’tariffi speċjali. Jiġifieri ferm ogħla minn tal-kollegi tagħhom. Jekk hemm xi ħadd li ma jagħrafx it-tifsira ta’ kolleġjalità huwa l-avukat Abela.

More in Poodle