![Il-laqgħa bejn Adrian u ċ-Ċaqnu tmur tajba għajr għall-pastizz tal-piżelli](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/poodle_pix_sav.jpg)
Dik l-escape goat
Din l-escape goat x'waħda din... u Maria Micallef kellha tibla' l-kliem... kemm kien irrabjat Joey... u x'gost ħadu fl-Altitude
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/poodle.jpg)
![L-escape goat tal-Lejber](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/goat.jpg)
‘Escape goat’
Tal-Lejber dejjem kienu bravi fl-Ingliż, mela ħarġu stqarrija u ma ridtx nemmen dak li kont qed naqra, minflok ma kitbu ‘scapegoat’ kitbu escape goat. Iva escape goat! Il-ostra kemm dħakt! Imbagħad ftakart li l-amministrazzjoni kollha tal-Lejber qegħdin iċ-Ċina jieklu l-papri. U mistagħġbin kemm iċċajtaw u ffangaw Toni Abela u Gino Cauchi, għax dawn tafux, ma tantx ikellmu lil xulxin.
![Id-dragun](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/2410_dragun.jpg)
Mużika tal-ostra
Tiġux tgħiduli, imma għandhom taste tafux tal-pinne, iva bħat-Taste Magazine ta’ dik is-sabiħa li tieħu ftit qliegħ minn tas-Sur Malcolm Miller u s-Sur Joe Said. Insomma, meta ħareġ Xmun quddiem is-segwaċi qisu Steve Jobs nieqes metru, il-mużika li għażlu kienet ta’ ‘How to Train Your Dragon.’ Vera groovy tafux.
![Joe Mizzi](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/7600_joe_mizzi.jpg)
L-irrabjat Joey
Kont qed inħuf fil-Ministeru tal-Finanzi. Dħalt f’kamra u sibt lil Joe Mizzi tat-traffiku qed jitkellem ma’ Dwardu Scicluna l-Ministru. Mort biex inbul mas-siġġu ta’ Joey, imma f’daqqa u l-ħin dan immolla, qabeż minn fuq is-siġġu, laqat uffiċjal u telaq ’il barra rrabjat bi Dwardu jakkumpanjah u jikkalmah. Kemm hu pulit hux! Jien kont ġa għollejt saqajja biex nimmira għal siequ u qatagħli kollox! Imma tant rajtu rrabjat li xorta għamilt taħti.
Tibla’ l-kliem
Eħħ Maria Micallef, il-kbir tal-Air Malta kellha tibla’ l-kliem. Mhux vera li qalet li l-politiċi m’għandhomx jindaħlu fl-Air Malta! Hekk kif ħarġet il-verità, qalet li mhux dak li riedet tgħid. Insomma tal-Air Malta ħarġu biċċa stqarrija biex mingħalihom jikkovinċu lil kulħadd li fl-Air Malta kollox għadu kif kien, jiġifieri li l-politiċi jistgħu jkomplu jindaħlu. Yippee.
![Maria kellha tibla’ kliemha](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/8572_maria.jpg)
Fun f’Altitude
Mela kont Singapore fl-iktar ristorant għoli fid-dinja, jismu l-Altitude. Kont ma’ sieq Muscat waqt li kien qed jixrob cocktail jismu ‘Naughty Coconut’ u jiċċaċra mal-Prim Ministru ta’ Nevis Vance Amory. Ġie ħdejh Keith Schembri, f’idejh kellu cocktail jismu ‘paper tycoon.’ Schembri qallu: “Kollox sew prim?”, “Iva, qed inkellem lil dan, kemm hu iswed hux?” Amory daħak u ħares lejh u qallu: “I know what that means?” Muscat ħmar u qallu: “You understand Maltese?”, “Yes, a little, I know a Maltese woman and she taught me some Maltese, she told me that iswed mean the very big one.” Kien dak il-ħin li Schembri nfaqa’ jidħak u spiċċa beżaq ix-xarba tiegħu f’wiċċ Amory! Olè!
![Vance Amory](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/vance_amory.jpg)