![Il-laqgħa bejn Adrian u ċ-Ċaqnu tmur tajba għajr għall-pastizz tal-piżelli](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/poodle_pix_sav.jpg)
Il-poodle
Lil Fenech qbadnieh jongħos
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/6132_tonio_fenech.jpg)
Mort norqod
Ħa jkolli nieħu brejk dan il-weekend għax għajjejt nisma’ ċ-ċuċati. Imma qabel ma nitlaq irrid inħallikom bir-ritratt tal-ġimgħa. Tonio Fenech, f’mument importanti u provokattiv fil-konvenzjoni tal-Partit Nazzjonalista.
Konvenzjoni li għaliha attenda wkoll Michael Brigulio dak li qal se jitlaq mill-politika. Lil Fenech ngħidlu toqgħodx tinkwieta jekk qed tħoss l-għejja. Jien nista’ nimmaġina xi tfisser li tisma’ erba’ boloh jipprietkaw x’għandkom tagħmlu bħala partit.
L-iktar, l-iktar meta tafu li intom bħala partit kontu perfetti. Li kieku kellek il-gazz kont tqum u tgħidilhom biex jekk iridu jiggvernaw huma, jaraw huma kemm għandhom bajd. Hux veru? U issa ħa nagħmel bħal Tonio u nintefa’ norqod. Inkun magħkom il-ġimgħa d-dieħla b’iktar dwar kulħadd.