Il-poodle

Skoprejna fejn kienet is-saħħara Caruana Galizia, u kemm ħawwad Karmenu Vella fl-iskrutinju fil-Parlament Ewropew... Ħaqqna ngħidu prosit lil Pierinu Portelli! U x'ġaralha Marlene tal-bram?

Il-kerha f’Costa Rica

Marret Costa Rica
Marret Costa Rica

Kulħadd qed jistaqsini xi ġralha dik il-ħaġa kerha. Mela minn indaġni li għamilt sirt naf li dik il-ħaġa altament kerha marret vaganza twila. Ħabib kbir tiegħi, qalli li raha Costa Rica! Smajt li kif kienet hemm ipprattikat l-Ispanjol u meta kienet ġewwa ristorant iddeċidiet biex tordna bl-Ispanjol u qalet hekk: “Sirve el almuerzo en un plato de porcelana Doulton?” Li għal dawk l-istupidi li ma jafux l-Ispanjol tfisser - Intom isservu l-ikel fuq platt Doulton? M’hemmx għalfejn ngħid li l-wejter staqsieha x’inhu ‘Doulton’…

Karmenu u s-Super Hero

Karmenu Vella
Karmenu Vella

Iva hija, għoġbitni tas-super heros waqt is-smiegħ tal-kummissarji. Għax bejnietna vera impressjonani Karmenu Vella b’kemm ħawwad u gerfex meta ġie mistoqsi dwar l-ambjent. Imma ħa ngħidilkom, mhux importanti jekk Karmenu Vella fehem jew ma fehemx is-suġġett, għax hekk irid Juncker, dak is-sakranazz! U se nibda nagħti raġun lil Karmenu Mifsud Bonnici, dak dejjem kien jgħid li l-Ewropa gravy train u naħseb li għandu raġun. Għax kieku Karmenu Vella hawn kien jibqa’!!

Ta’ Pierinu

 Il-photocopier ta’ Pierinu
Il-photocopier ta’ Pierinu

Ma nafx imma jkolli vera ngħid prosit lil Pierinu Purtelli li kkoppja s-sit tal-MaltaToday u għamilha tal-Independent. Ostra anki l-fonts l-istess! Verament prosit, ara min għamilha kien jew kienet vera brava. Għax meta tikkoppja fid-dinja dejjem trid tkun bravu, u tkun iktar bravu li meta tikkoppja titħallas għal dak li kkuppjajt. Brava tassew. Fid-dinja, tikber u titgħallem u bħalma kienet tgħidli n-nanna Gerit, hawn min jaħdem u ma jiħux il-prosit, hawn min jerda’ u jieħu l-grazzi! Jew biex naqta’ fil-qasir, easy money!

Marlene tal-bram

Marlene u Rachel
Marlene u Rachel

Ili ma naraha lil Marlene li apparti li taqla’ x’tiekol billi taqla’ s-snien tibni u tirranġa d-djar. Ikolli ngħid li għadha infuskata b’Muscat għax fuq il-gazzetta l-Independent qabdet u rremmettiet għax tal-Independent ma ngħatawx programm. Ovvjament ma qalitx li Pierinu ta’ mnieħru kbir ingħata programm għax jekk ma tafux dan għandu kumpanija tiegħu jisimha l-Watermelon. Kemm hu sabiħ dan l-isem hux. Jien kieku Pierinu nsemmih ‘like a melon.’ Insomma, apparti kollox, din Marlene Farrugia li kieku toħroġ għall-elezzjoni issa, tagħmel kapulavur bħalma għamel Spiridione Sant u taqa’ waħda għan-nejk. Għax illum il-Lejburisti jikkunsidrawha traditur. Insomma li rrid ngħid hu li jekk l-Independent jingħataw programm fuq TVM ikollna r-ritorn ta’ Lou lovely Bondi, li diġà qed jaqla’ l-belli liri mingħand Muscat biex jorganizza l-festi nazzjonali, għax għandkom tkunu tafu li l-editur tal-aħbarijiet tal-Independent mhi ħadd għajr il-mara ta’ Bondi… x’jisimha.. ehh iva… Rachel. Ahh.

Silvio u Michelle

Silvio u Michelle
Silvio u Michelle

Smajt li kien hemm daqsxejn ta’ inċident diplomatiku meta d-delegazzjoni Maltija waslet New York. Kif wasal Silvio fl-ajruport daħħal idejh fil-basket u ħareġ ċuwingamm u beda jomgħod. Dar fuqu l-Prim Ministru u qallu: “Xil-madoffi int tagħmel?” Irrisponda “Feeling at home. Għax Prim irrid inħossni bħall-Amerikani.” Hekk kif qed jomgħod gidem ilsienu u beda jgħajjat “Ajma, ajma” u waqa’ mal-art mitluf minn sensih. Il-Prim dar fuq Matthew Carbone u qallu ħudu l-isptar ISSA għax dan jgħaġġibhom. Silvio mar l-isptar u hekk kif wasal kellmitu infermiera sewda twila u sexy u tixbah lil mara ta’ Obama. Silvio fetaħ għajnejh u ħaseb li kien qiegħed il-White House u qiegħed taħt Michelle Obama u qallha: “Hi Michelle, I am Silvio from Raħal Ġdid. How are you?” Dik ħarset lejh u qaltlu: “Sir. I am not Michelle. My name is Chloe Lexington.” U dak b’Ingliż ta’ wara l-muntaniji qalilha: “Come on Michelle, stop joking it is me Silvio from Raħal Ġdid.” L-infermiera daret fuq Matthew Carbone, “I’ll give him an injection, he is definitely hallucinating.” 

Pulizija tad-daħk

Sebastiano Brunno
Sebastiano Brunno

Mela hekk kif il-Kummissarju Ray Zammit kien qed jindirizza l-istampa Maltija dwar Sebastiano Brunno tal-mafja, il-pulizija Taljana kienu qed jagħmlu l-istess. B’differenza, li meta l-istampa Maltija kienet tistaqsi dwar il-każ Ray Zammit jgħid li mhux prudenti u l-Pulizija Taljana tikxef kollox. Ehh, importanti li Ray Zammit ma jeħodnix lura għaż-żmien ta’ John Rizzo meta kollox kien mistur. Jekk ma kellu xejn tajjeb il-kummissarju ta’ qabel, Pietru Pawl kien jifhem l-istampa. Dan ma jifhimx akka meta jiġi għall-kwistjonijiet tal-mezzi tax-xandir!

Jekk tisma’ xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat imejl fuq [email protected]

More in Poodle