Il-poodle

Smajtu fejn se tispiċċa Joanna Darmanin? U min mar il-Bahamas? Ma nistgħux ma nsemmux x'inhi tagħmel ir-reġina tar-remettar!

Joanna Darmanin

AJMA, ajma smajtu. Joanna Darmanin ser ssir flok Martin Bugelli bħala l-kap tar-rappreżentenza tal-Kummissjoni Maltija. Ara vera mafja din il-kummissjoni, jafu li Joanna mhix mara fdata minn din l-amministrazzjoni u jappuntaw lilha.

Il-Bahamas

U nkompli, tafu li l-unika persuna li kienet taf fil-vjaġġ tal-Bahmas ta’ Dalli kienet Joanna. U Alla jbierek l-ewwel nies li tkellmu fuq din il-kwistjoni kienu Ġorġ u Pawlu fil-programm ta’ dak is-sabiħ Norman Vella. Stennew, tmien xhur qabel ma ħarġet l-istorja fil-Tajms.

Is-saħħara

Mela isimgħu din, kienet għaddejja r-reġina tar-rimattar dik li hija ppubblikata minn Malcolm Miller tal-gazzetta The Independent u ġiet wiċċ imb wiċċ quddiem Gianella l-avukatessa. U din minn taħt l-ilsien qalet: ‘What spite?!”  Traduzzjoni bil-Malti kieku tkun: “Xi ħdura?” Ara vera jrid ikollok wiċċek u sormok l-istess biex tgħajjar lil xi ħadd xi ħaġa li tapplika għalik. Bejnientna lanqas il-kelma ħdura mhi tajba. Kieku kelma tajba tkun: bżieq u miġnuna!

Xmun no comment

Ħadd gost nisma’ lil Simon Busuttil jitkellem fuq RadjuMalta fuq il-programm tad-DRU Azzopardi. Taf x’qal ix-xmun, qal li ma jistax jitkellem fuq Jean Claude Micallef u Herman Schiavone – għaliex ma ġewx nominati għax mhumiex persuni pubbliċi. Ara vera ma jafx x’inhu jgħid. U minn hawn ngħidulu: Come on Simon, wakey wakey?

Gavin il-Gulia

Kemm qed nieħu pjaċir nisma b’Gavin Gulia, uhh kemm qed jogħġobni bħala ċermen tal-MTA. Il-problema tiegħi biss, hi li ma nafx għalfejn qed jogħġobni, għax ma nafx x’qed jagħmel u x’qed jipprova jagħmel. U jekk nistaqsi jekk għandix bżonn ċermen fl-MTA, żgur naf ir-risposta tiegħu tkun… le!

Gheorgie, gheorgie

Mela tajba din, l-ewwel jitkażaw li Chalie Demicoli kien juża lil Gheorg Sapiano l-Kordin Grain Terminal, u mbagħad ineħħu lil Chalie u ċ-ċermen il-ġdid Chalie Mizzi juża avukat ieħor mill-grupp ta’ Sapiano, id-dottor Alan Delia. Imbasta noqogħdu ngħajru li l-kejk dejjem kien jinqasam bejn l-istess nies.

Balzan fil-ħabs

Jien nibża’ li jekk Saviour Balzan imur il-ħabs jispiċċa jitħawwad u jintefa’ ma’ karattri mhux daqstant sbieħ.  Infatti tlabna lid-designer tagħna biex ipinġilna immaġini ta’ kif jidher Balzan kieku kellu jispiċċa l-ħabs. Miskin lanqas ħaqq jispiċċa jitlef dik il-ġilda bajdanija li għandu.

Żjara fi Kiev

Kont Kiev, l-iktar belt fejn tista’ tara nisa koroh fid-dinja u rajt lil Silviuċċu u l-Antonin Attard iduru, mhux iħufu tafux.  Imsieken is-sur Scerri u s-sur Attard kienu qegħdin fuq xogħol tal-Eurovision. Xogħol onoruż li huwa importanti għall-iżvilupp kulturali tal-kantanti Maltin. Ovvjament sewwa Silviuċċu u anke Antonin ser jagħmlu minn kollox biex jagħmlu figura tajba għall-ġid ta’ Malta u l-Maltin.  Qed nitkellem fuq il-mużika, psataż!

Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mobajl fuq [email protected]

More in Poodle