Il-Maltin jagħżlu li jeħilsu minn Malta f'Jum il-Ħelsien
Kjuwijiet kbar ta' karozzi li jibdew mill-Marfa
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/17554482_1278663088854219_6046928771428844042_n.jpg)
Eluf kbar ta' Maltin għażlu li f'Jum il-Ħelsien jeħilsu minn Malta u l-kaos traffikuż tas-soltu u jerħulha lejn il-gżira oħt ta' Għawdex f'din il-ġurnata mill-isbaħ.
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/17553527_1278663072187554_1565684496924408305_n.jpg)
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/17634860_1278663082187553_6881706683945040127_n.jpg)
Tant hu hekk, li l-kjuwijiet ta' karozzi jwasslu sal-Marfa u lil hinn minnha anke jekk il-vapuri qed jaħdmu b'shuttle. Fil-fatt Għawdex hu ppakkjat bil-Maltin fejn it-traffiku f'Għawdex issa żdied mhux ħażin għalkemm il-kummerċ f'Għawdex bl-eluf ta' Maltin li marru hu wieħed qawwi bħal kull darba li l-Maltin jirrikorru għall-vaganza qasira tagħhom f'Għawdex.
More in G?awdex