Filmat | Mistennija aktar rwiefen...il-vapur ta’ Għawdex għaddej minn wara Kemmuna
Min-nofsilejl sas-6 a.m. ir-riħ mistenni jonfoħ għal forza 9

Illum u għada mistenni li r-riħ ikompli jonfoħ mil-majjistral b’forza 7 u 8 għalkemm dal-lejl, wara nofs il-lejl mistenni jilħaq ukoll forza 9.
Ix-xita mhux mistennija tkun aktar milli kellna llum, bi probabilità ta' ħalbiet tax-xita, kultant anke bis-silÄ¡ iżda mhxu daqstant frekwenti. Il-baħar hu qawwi ħafna speÄ‹jalment fejn jolqot u l-vapur ta’ Għawdex mistenni anke jieħu r-rotta t-twila u jgħaddi minn wara Kemmuna, għalkemm dan jiddependi minn kif jiddeÄ‹iedi l-Kaptan tal-Gozo Channel. Fil-ħin illi matulu kien qed jinkuteb dan l-artiklu, l-vapuri għal u minn Għawdex għaddejjin minn wara Kemmuna. Dawk li għandhom dgħajjes fejn jaqbel ir-riħ huma mitluba li jneħħuhom biex ma ssirilhomx ħsara għax mistenni wkoll li kultant ikun hemm mewÄ¡ li jista saħansitra jilħaq id-9 metri.
L-informazjoni meħuda mill-Gozo Weather Page
https://www.facebook.com/gozoweatherpage/?fref=nf