Dak li ħawwel il-Labour qed iqaċċtu hu stess

Siġra mħawla minn Agatha Barbara 33 sena ilu bdiet titqaċċat 

Siġra mħawla mill-eks president Agatha Barbara fl-amministrazzjoni Laburista tal-1983 li qiegħda ħdejn l-uffiċċju tal-prinċipal tal-Gozo College fi Triq l-Ewropa, Victoria Għawdex tinsab fi tmiem ħajjitha.

Fil-fatt, wieħed jista' jara fir-ritratti din diġà bdiet titqaċċat u minn informazzjoni li waslitilna, din se tkompli titqaċċat nhar is-Sibt li ġej. Hi ħasra li siġra li ilha tgħix 33 sena se titqaċċat mill-istess Partit li qed jiggverna, bl-uniku raġuni hi li forsi dejqet lil xi ħadd u jrid jagħmel pavimentar flok siġra u ħamrija.

More in G?awdex