Ħarġu l-Offerti għall-istudju fuq il-mina bejn Malta u Għawdex

Franco Mercieca li kien il-persuna li ħolom bl-ideja jkun l-ewwel wieħed li joħroġ dan il-fatt fil-beraħ

Il-bieraħ filgħaxija fuq is-sit tal-facebook tad-deputat Franco Mercieca ħarġet ritratt ta' formola tal-offerti biex isiru studji ġeotekniċi li hemm bżonn biex jiġi disinjat u eventwalment mibnija mina taħt qiegħ il-baħar bejn Malta u Għawdex. Fl-aħħar konferenza li kien hemm f'Għawdex fuq il-mina il-Prim Ministru kien wiegħed li l-istudju se jibdew f'Settembru. Fil-fatt għadhom ma nbdewx iżda ħarġu t-tenders biex jibdew u dan hu fattur pożittiv. Franco Mercieca hu l-persuna li kien hu li ħareġ bl-ideja tal-mina u issa kien hu li ħareġ fil-beraħ li ħarġu l-offerti. Jekk il-mina ssir żgur li Frtanco Mercieca jibqa mgħaruf bħala l-pijunier ta' dan il-proġett enormi anke jekk warajh wara kien hemm bħad-deputat parlamentari Chris Said li wkoll emmen li l-mina għandha tkun il-'way forward' għal gżira Għawdxija'. Għalkemm dan kollu ma jfissirx li l-proġett se jibda, iżda biss li se nibdew nistudjaw...l-eżami baqgħalu biex isir!

More in G?awdex