Eluf jixorbu l-inbid, jiżfnu u jiddevertu fin-Nadur….Illejla jkompli

Madwar 6,000 persuna attendew għal Wine Fest tan-Nadur fejn iċċelebraw dan il-lejl kif jafu jagħmlu n-Nadurin

l-14-il edizzjoni tad-Delicata Wine Fest fin-Nadur din is-sena wkoll kellha rekord kbir ta' attendenza. Fejn is-Sibt biss marru għaliha madwar 6,000 persuna. F'dan il-festival fejn wieħed jista jduq mal-24 tip ta' inbid ikun hemm divertiment minn talenti Għawdxin u żgur li se jgħin lil dawn it-talenti jagħmlu ħoss quddiem daqshekk eluf.

Il-Festival ilu għaddej mill-Ġimgħa u jagħlaq illum f'Nofs il-Lejl filwaqt li jibda fis-7 p.m.. Dawk il_maltin li jridu jattendu għalih qed ikun hemm shuttle bus mill-Port tal-Imġarr. 

Illejla jiehdu sehem Cash and Band, D Capitals Band, Jolene Samhan & Band u Joseph Refalo

 

More in G?awdex