Charlton Debono L-isportiv tas-sena ta' Għawdex

L-atleta tal-arti marzjali Clara Sciberras bl-unur tal-Isportiva tas-sena

Charlton Debono
Charlton Debono
ir-rebbieħa kollha f'ritratt tal-okkażżjoni
ir-rebbieħa kollha f'ritratt tal-okkażżjoni

F’serata mill-isbaħ li saret f’Villa Fiorita Marsalforn, l-Isportivi  Għawdxin ġew rikonoxxuti għas-suċċessi tagħhom matul is-sena 2015 mill-Gozo Sports Board.

Clara Sciberras l_isportiva tas-sena
Clara Sciberras l_isportiva tas-sena

Interessanti l-fatt li r-rebbieħa ġew minn sitt dixxiplini differenti, atletika, arti marzjali, żwiemel, baseball, football u għawm,  bl-unur tal-isportiv tas-sena jintrebaħ mill-maratoneta Charlton Debono li barra s-suċċess li għamel din is-sena billi rebaħ in-nofs maratona ta’ Malta, rebaħ diversi tiġrijiet matul is-sena li għaddiet sew f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

Maria Pia Saliba tirringrazzja lil ġenituri tagħha u lil coach
Maria Pia Saliba tirringrazzja lil ġenituri tagħha u lil coach

L-isportiva tas-sena intrebħet miż-żagħżugħa Clara Sciberras mill-Gozo Spirit Combat, tfajla żagħżugħa li għandha l-blackbelt fix-Shodan Ho. Tieħu sehem f’kompetizzjonijiet regolari anke kontra atleti irġiel u toħroġ rebbieħa. U tintalab biex tagħti dimostrazzjonijiet tal-Ispirt Combat f’Malta. 

Estelle Scicluna żagħżugħa promettenti
Estelle Scicluna żagħżugħa promettenti

Ingħataw ukoll unuri għal żagħżugħ u zagħżugħa promettenti, b’Matthew Scerri tal-għawm fejn is-sena li għaddiet kien misluf lil Neptunes għal league tax-Xitwa fejn rebaħ ukoll il-league tax-Xitwa tal-U17. Iż-żagħżugħa promettenti ntrebħet minn Estelle Scicluna Matul l-2015 ipparteċipat fi 3 kompetizzjonijiet uffiċċjali tas-softball u baseball organizzati mill-Malta Baseball & Softball Ass. Fejn eċċelat meta anke lagħbet kontra teams iffurmati l-aktar minn subien. It-tim tas-sena ntrebaħ minn Xewkija Tigers li fl-istaġun li għaddha rebħu it-tliet tazzi prinċipali f’Għawdex filwaqt li l-uffiċċjal tas-sena ħaditu l-president tal-Gozo Horseracing Association, Mary Mifsud li għamlet rivoluzzjoni fl-amministrazzjoni tat-tiġrijiet taż-żwiemel.

Matthew Scerri l-isportiv promettenti
Matthew Scerri l-isportiv promettenti

Preżenti għal din is-serata kien hemm mhux biss sportivi, finalisti u familjari iżda s-segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius, Is-Segretarju parlamentari għall-anzjanita attiva, Justyne Caruana u l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo flimkien mal-ambaxxatur għal UNESCO, Mons Gauci., flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Sports Board u l-ħaddiema tal-Bord. Is-serata kienet preżentata minn John Busuttil.

Mary Mifsud l-uffiċċjal tas-sena
Mary Mifsud l-uffiċċjal tas-sena

Iżda l-aktar premju li ħoloq kommozzjoni kien l-għoti tal-premju speċjali lil maria Pia Saliba li rebħet tliet midalji fli Special Olympics f’Ċipru fejn anke ddeċidiet li tagħmel ir-ringrazzjamenti tagħha lil ġenituri tagħha u lil coach tagħha fl-għawm Erika

More in G?awdex