Nadur…fully booked

Eluf ta' żgħażagħ Maltin jimlew ir-raħal tan-Nadur fil-Karnival spontanju...u jkompli llejla

Eluf ta' żgħażagħ Maltin ilhom mill-Ħamis telgħin ftit ftit biex jipparteċipaw fil-Karnival li tant sar famuż madwar id-dinja, dak il-karnival spontanju tan-Nadur. Is-soltu dan il-Karnival jilħaq il-qofol tiegħu bħal-lejla s-Sibt, iżda din id-darba anke l-Ġimgħa kien mimli, fejn laqtu l-għajn diversi kostumi li libsu diversi gruppi ta' żgħżagħ sew Maltin kif ukoll Għawdxin. Ix-xorb alkoħoliku kien ukoll fuq l-aġenda ta' dan l-party kbir 'open air' bla ħlas filwaqt li pulizija dehru f'diversi nħawi, sew lejn in-naħat taċ-Ċirkewwa kif ukoll kif toħroġ mil-vapur ifittxu l-karrozzi għad-drogi fejn intużaw ukoll il-klieb tat-tiftix. Iżda s'issa kollox jidher li għaddha b'wiċċ il-ġid u llejla mistenni li dan il-Karnival spontanju jilħaq il-qofol tiegħu biex wara l-ġenn tan-Nadur ħafna miż-żgħażagħ jerħulha lejn il-parties li jkunu organizzati madwar Għawdex. Bla dubju li mertu għan-Nadurin, il-Karnival Għawdxi ħataf liż-żgħażgħ kollha miż-żewġ gżejjer.

 

 

More in G?awdex