 
        L-iżvilupp propost fuq ODZ f’ Ta’ Ċenċ ikompli d-distruzzjoni tal-kampanja
Din l-Art Ħelwa tesprimi tħassib u tgħid li l-bini propost imur kontra l-pjanijiet ta’ żvilupp
 
                    L-irdum f' Ta' Ċenċ
                        Din l-Art Helwa esprimiet tħassib serju għall-iżviupp ta’ 15-il villa propost fl-ODZ f’ Ta’ Ċenċ Għawdex.
L-għaqda qalet li dan l-iżvilupp propost huwa kompletament inaċċettabli u l-Awtorita tal-Ippjanar għandha tirrifjutah għax dan imur kontra l-pjanijiet għal dan il-lokal. Fil-fatt il-pjan lokali jillimita l-iżvilupp biss għal dak li hemm preżenti u ma jippermettix aktar bini, sostniet Din l-Art Ħelwa.
        
                        More in G?awdex        
            

 
         
        