Il-Belveder fin-Nadur salvat

Il-Bord tal-Mepa ivvota kontra li jinbena hajt

Il-Bord tal-Mepa ivvota kontra li jinbena hajt u allura favur li jsalva l-belveder ta' Triq David Cocco Palmeri. Skont is-sindku tan-Nadur Edward Said li ħadem qatigħ biex il-ħajt ma jinbeniex "Rebah is-sens komun! Madanakollu se ikollna nibqghu nibqghu nahdmu fuq din il-materja biex insalvaw dak li hu taghna lkoll verament! Grazzi lin-Nadurin u ohrajn li tant tawna sapport biex nwasslu l-punt taghna!" kien il-kliem li kiteb fuq il-facebook tiegħu is-sindku żagħżugħ Naduri.

L-istorja kollha 


Din l-applikazzjoni saret minn sidien ta' raba' li hemm taht ir-rih tal-belvedere biex skont huma n-nies ma jharsux fir-raba' taghhom u l-propjeta' taghhom tigi salvagwardata.  Ir-raba' tal-applikanti hija raba' agrikola.

Il-Bord diga sema lill-applikanti u l-avukat u l-perit taghhom kif ukoll lil dawk li qed joggezzjonaw li jinkludu residenti u l-Kunsill Lokali tan-Nadur.  Wara seduta tahraq ic-Chairman tal-Bord u numru ta' membri tal-istess Bord tal-MEPA ghamlu suggeriment biex flok jitla' hajt li jaghlaq ghal kollox il-veduta minn dan il-belvedere ir-railing li hemm jigi rtirat metru u nofs l' gewwa biex b' hekk min ikun mar-railing ma jkunx jista' jhares direttament fuq ir-raba' tal-applikanti.

Wara dan is-suggeriment il-Bord kien ta' zmien biex l-applikanti u l-Kunsill Lokali jaghtu l-pożizzjoni taghhom fuq din il-proposta tal-Bord stess.  Il-Kunsill Lokali qabel ma din il-proposta pero l-applikanti permezz tal-perit taghhom aktar tard infurmaw lill-Bord bil-miktub li huma ma jaqblux u jridu jtellghu l-hajt.

Wara dan il-Bord rega appunta din l-applikazzjoni ghal Dicembru li ghadda pero dakinhar ma saritx ghaliex l-applikanti talbu differiment.

Il-Kunsill tan-Nadur qed joggezzjona ghal din l-applikazzjoni ghaliex jekk jinbena dan il-hajt ser jinqered darba ghal dejjem dan il-belvedre li minnu jitgawdew veduti mill-isbah tal-fliegu bejn Malta u Ghawdex.  Il-Kunsill qed isostni wkoll li jekk tintlaqa' din l-applikazzjoni dan ser ikun precedenti ikrah u kull belvedere iehor f' Malta u Ghawdex tista' tmissu l-istess xorti jekk xi hadd iqum u jghid li ma jridx li n-nies iharsu fuq l-eghlieqi tieghu li jigu taht xi belvedere.

 

More in G?awdex