Veduta mill-isbaħ tista tinqered fin-Nadur il-Ħamis li ġej

Sidien ta' għalqa taħt il-Belveder tan-Nadur iridu jtellgħu ħajt biex ħadd ma jħares fuq ir-raba agrikola tagħhom 

kif inhu llum
kif inhu llum
kif se jsir jekk jinbena l-ħajt
kif se jsir jekk jinbena l-ħajt

Wara zewg posponimenti l-Bord Ezekuttiv tal-MEPA mistenni jiehu decizjoni finali dwar il-bini ta' hajt li jaghlaq il-veduti tal-belvedere li hemm fi Triq David Cocco Palmieri fin-Nadur.  Il-Bord ser jitratta din l-applikazzjoni nhar il-Hamis li gej fis-2.00p.m.

Din l-applikazzjoni saret minn sidien ta' raba' li hemm taht ir-rih tal-belvedere biex skont huma n-nies ma jharsux fir-raba' taghhom u l-propjeta' taghhom tigi salvagwardata.  Ir-raba' tal-applikanti hija raba' agrikola.

Il-Bord diga sema lill-applikanti u l-avukat u l-perit taghhom kif ukoll lil dawk li qed joggezzjonaw li jinkludu residenti u l-Kunsill Lokali tan-Nadur.  Wara seduta tahraq ic-Chairman tal-Bord u numru ta' membri tal-istess Bord tal-MEPA ghamlu suggeriment biex flok jitla' hajt li jaghlaq ghal kollox il-veduta minn dan il-belvedere ir-railing li hemm jigi rtirat metru u nofs l' gewwa biex b' hekk min ikun mar-railing ma jkunx jista' jhares direttament fuq ir-raba' tal-applikanti.

Wara dan is-suggeriment il-Bord kien ta' zmien biex l-applikanti u l-Kunsill Lokali jaghtu l-pożizzjoni taghhom fuq din il-proposta tal-Bord stess.  Il-Kunsill Lokali qabel ma din il-proposta pero l-applikanti permezz tal-perit taghhom aktar tard infurmaw lill-Bord bil-miktub li huma ma jaqblux u jridu jtellghu l-hajt.

Wara dan il-Bord rega appunta din l-applikazzjoni ghal Dicembru li ghadda pero dakinhar ma saritx ghaliex l-applikanti talbu differiment.

Issa ser tinstema nhar il-Hamis li gej wara nofsinhar u l-bord tal-mepa mistenni jiehu decizjoni.

Il-Kunsill tan-Nadur qed joggezzjona ghal din l-applikazzjoni ghaliex jekk jinbena dan il-hajt ser jinqered darba ghal dejjem dan il-belvedre li minnu jitgawdew veduti mill-isbah tal-fliegu bejn Malta u Ghawdex.  Il-Kunsill qed isostni wkoll li jekk tintlaqa' din l-applikazzjoni dan ser ikun precedenti ikrah u kull belvedere iehor f' Malta u Ghawdex tista' tmissu l-istess xorti jekk xi hadd iqum u jghid li ma jridx li n-nies iharsu fuq l-eghlieqi tieghu li jigu taht xi belvedere.

More in G?awdex