Front Favur il-Mina: Min huma?

Leħinhom jew leħen ħaddieħor?

Madwar xahar u nofs ilu, tfaċċa front favur il-mina. Erba’ żgħażagħ li flok jeans għażlu li jilbsu b’mod formali, bil-ġlekk u bl-ingravata jixprunaw il-proġett favur il-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex. Inħoloq f’Novembru, ftit jiem wara li l-Gozo Business Chamber ħareġ uffiċjalment bl-istudju dwar il-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex.

Dan il-front magħmul minn erba’ żgħażagħ studenti, donnhom li ħadu r-riedni biex jimbuttaw dan il-proġett, anke jekk donnhom mhux qed jistennew l-istudju ġeoloġiku. Użaw l-isem ta’ front li jixbah ħafna dak użat mill-ambjentalisti tal-‘Front Ħarsien ODZ’. Anke jekk dawn qas stennew l-istudju dwar l-impatt ambjentali u soċjali li tista’ toħloq din il-mina. Imbarkaw fuq din l-aġenda favur il-mina u qed isiru l-wiċċ żagħżugħ favur il-kunċett tal-mina.

Iżda min huma dawn l-erba’ żgħażagħ li jiffurmaw dan il-front? Huma leħen Chris Said fuq in-naħa tal-PN, u Franco Mercieca fuq in-naħa tal-PL li huma l-ixpruni tal-bini tal-mina min-naħa politika? Huma leħen il-GBC li forsi jridu joqogħdu ftit fil-ġenb u jpoġġu xi familjari tagħhom b’libsa żagħżugħa fuq quddiem? Jew hu xi grupp taż-żgħażagħ li qed jieħu post il-GUG (Gozo University Group), wara li l-fundatur ta’ dan il-front, Jonathan Mintoff ma baqax parti mill-GUG?

L-ILLUM fittex ftit dwar min huma l-membri tal-front li kollha huma żgħażagħ u studenti:

Jonathan Mintoff

Jonathan Mintoff
Jonathan Mintoff

Eks president tal-GUG (Gozo University Group) fejn kien ġie sfiduċjat f’laqgħa u tneħħa mill-kariga. Zijuh viċi sindku f’isem il-PN fil-Kunsill Lokali tal-Għasri. Il-familja tiegħu għandha negozju tal-Hop On Hop Off f’Għawdex u kuntratturi ta’ skips, trailers u trakkijiet.

Beppe Galea

Beppe Galea
Beppe Galea

Jaħdem bħala part timer mas-sit tal-internet Newsbook (tal-RTK) fejn hemm ukoll membru tal-familja tiegħu, Charmaine Attard, li kienet taħdem fis-segretarjat ma’ Giovanna Debono meta kienet Ministru għal Għawdex. Imexxi l-MŻPN t’Għawdex u kien wieħed li mbotta l-SDM fis-sixth form jikkompeti mal-GUG u l-Pulse. Magħruf bħala ħabib mal-kelliem għal Għawdex tal-PN, Chris Said, li ħafna drabi jkollu pubblikati ħafna stejjer tiegħu u stqarrijiet fuq Newsbook.

Carla Galea

Carla Galea
Carla Galea

Bint in-negozjant Michael Galea li għandu r-Remax t’Għawdex, l-aġent tal-karozzi Toyota f’Għawdex u membru attiv fil-Gozo Business Chamber.

Maria Cachia

Marija Cachia
Marija Cachia

Hi l-uniku membru b’tendenzi laburisti viċin Franco Mercieca.

More in G?awdex