Il-Ministru għal Għawdex hu favur kull mod ta' aċessibilita aħjar f'Għawdex

M'attendiex il-laqgħa dwar il-mina minħabba raġunijiet ta' quorum fil-Parlament

Nhar il-Ġimgħa f'lukanda ewlenija f'Għawdex kien żvelat ir-rapport ta' Dr Gordon Cordina dwar l-aċċessibilita bil-mina bejn Malta u Għawdex. Fl-istess laqgħa fuq mistoqsija minn dawk li attendew kien innutat li ma kien hemm ħadd preżenti għal din il-laqgħa mill-Ministeru għal Għawdex. Sadattant l-ILLUM tkellem mal-ministeru għal Għawdex li qalulna li l-ministru nnifsu kien fi ħsiebu jattendi għal tali laqgħa imma minhabba ragunijiet ta' quorum, ma setax jitlaq qabel ma spiċċatat is-seduta Parlamentari. 

Madanakollu, il-ministru Anton refalo saħaq magħna li kif diga gie iddikjarat diversi drabi, l-accessibilita' t'Ghawdex kienet u se tibqa prijorita' ghal dan il-Gvern u b'mod partikolari ghall-Ministeru ghal Ghawdex. Anton refalo qal li hu favur kull mod ta' aċċessibilita għal Għawdex.

Ghaldaqstant il-Ministeru ghal Ghawdex qed isegwi bir-reqqa kull zvilupp dwar il-mina taht il-fliegu. Il-Ministru Refalo kien diga' ra, ftit gimghat ilu, l-istess studju mhejji mill-Gozo Business Chamber u se jkun qieghed jifli sew ir-rapporti geologici li ghandhom isiru fix-xhur li gejjin.

More in G?awdex