Tiftaħ uffiċjalment On The Move SkolaSport f’Għawdex

Madwar 200 tifel u tifla jattendu SkolaSport fil-Kumpless Sportiv f’Għawdex

Għall-ewwel darba On The Move SkolaSport se tkun organizzata minn SportMalta flimkien mal- Gozo Sports Board fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Għal dan il-għan SportMalta ingagga numru ta` kowcis kollha kwalifikati u kollha minn Ghawdex sabiex ikunu jistghu iħarrġu lit-tfal Ghawdxin f’dixxiplini differenti.  Il-kowcis ukoll matul is-sena ser jiġu moghtija aktar taħriġ minn SportMalta sabiex issir titjib u tiġdid fil-metodi ta` tagħlim. 

Il-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo inawgura uffiċjalment din l-iskola. L-iskola qed tilqa’ 200 tifel u tifla, li ta’ kull nhar ta’ Sibt sal-aħħar ta’ Mejju se jiltaqgħu fil-kumpless sportiv fir-Rabat Għawdex għal tliet sigħat ta’ taħriġ sportiv u anke logħob li jgħinhom jikbru aktar b’saħħithom, bħala parti mill-ġlieda li dan il-Gvern qed jagħmel kontra l-obeżità. Il-Ministru tenna l-importanza tal-isports u l-attività fiżika 
biex titjieb il-kwalità tal-ħajja.

Anton Refalo tkellem ukoll fuq il-miżuri tal-baġit sabiex jgħinu biex jattiraw aktar persuni biex ikunu attivi. Fost l-oħrajn semma t-tnaqqis tal-VAT fuq attivitajiet sportivi, inklużi gym memberships, fitness centres, football nurseries u attivatijiet oħra, minn 18 fil-mija għal sebgħa fil-mija. Ser tkun estiża wkoll ir-rata tat-taxxa fuq id-dħul ta’ 7.5 fil-mija, li bħalissa qed tapplika għal plejers tal-futbol u l-waterpolo, 
għal kowċis u plejers ta’ kull tip ta’ sports.

Fost id-dixxiplini sportivi se jkun hemm il-basketball, il-volleyball, l-atletika, l-arti marzjali, il-ġinnastika u ż-żfin, kif ukoll sport fun games għat-tfal ta’ età żgħira. Din is-sena se jkun offrut ukoll trasport b’xejn lejn u mill-Gozo Sports Complex minn kull pjazza tar-raħal ta’ Għawdex, xi ħaġa li ssir biss fil-gżira Għawdxija. Il-Ministru Refalo ħeġġeġ biex it-tfal jattendu SkolaSport għax sew l-iskola kif ukoll l-isports huma importanti għall-ħajja.

Mark Cutajar Il_Kap Eżekuttiv ta sportmalta qal li hemm bżonn li Malta u Għawdex jaħdmu flimkien sabiex inċaqalqu nies ta kull eta .  Hu qal li ser isiru skambji ta taħriġ bejn tfal Maltin u Għawdxin . Min irid japplika jista jmur ł-uffiċini tal-Gozo Sports Board fil-kumpless sportiv ta Rabat Għawdex.

More in G?awdex