L-istudenti Għawdxin sodisfatti biż-żieda ta' €300 fis-sena lill-istudenti Għawdxin

Il-Kunsill taż-żgħażagħ Għawdxin jisħaq biex isir il-fast ferry service

Il-GUG, (Gozo University Group), qalet li sodisfatta li fil-Baġit 2016 kien hemm żieda ta’ €300 fis-sena għax se tgħin lill-istudenti Għawdxin jġorru l-piż tal-akkomodazzjoni. Fl-istess waqt hija rrimarkat li din mhux soluzzjoni għal tul ta’ żmien u saħqet li fil-futur għandhom jittieħdu miżuri sostenibbli. Irreferiet ukoll għall-istudju dwar possibilità ta’ pont jew mina bejn iż-żewġ gżejjer u qalet li qed tagħmel studju fost l-istudenti Għawdxin biex tara jekk jippreferux waħda minnhom inkella servizz veloċi fuq il-baħar.

Sadattant Il-Gozo Youth Council li jiġbor fih "il fuq minn 3,000 student, qalet li għalkemm hu tajjeb li jsiru studji u pjanijiet fit-tul dwar il-konnettività bejn Malta u Għawdex iżda jisħqu li hemm bżonn ta’ servizz bil-baħar veloċi għall-ħaddiema u studenti Għawdxin li jivvjaġġaw ta’ kuljum.

 

More in G?awdex