Iż-żagħżugħ eroj li salva tarbija mill-għarqa

L-att ta' dan it-tfajjel ta' 10 snin għandu jiġi rikonoxxut uffiċċjalment

Dan huwa Karl Curmi, l-eroj Għawdxi ta' 10 snin li salva tarbija ta’ tmintax-il xahar mill-għarqa ġewwa Marsalforn. Jixraq li dan l-att jiġi rikonoxxut! Bravu Karl!

L-inċident seħħ meta n-nanna tal-persuna żelqet hi u nieżla sellum li jagħti għall-baħar b’mod li saqajha weħlu bejn l-iskaluni. It-tarbija, li kienet f’idha waqgħet fil-baħar u bdiet tegħreq.

Karl meta sema’ l-għajjat għall-għajnuna qabeż il-baħar bil-ħwejjeġ b’kollox u rnexxielu jtella’ t-tarbija li kienet diġa bdiet nieżla fil-qiegħ.

 

More in G?awdex