Il-Belveder tan-Nadur f'riskju li jintilef

L-MEPA mistennija tiddeċiedii tagħtix permess biex jinbena ħajt biex jagħti privatezza lil resident li għandu għalqa taħt il-Belveder

din hi x-xena li wieħed jista jara mill-Belveder li tista tintilef jekk jittella ħajt
din hi x-xena li wieħed jista jara mill-Belveder li tista tintilef jekk jittella ħajt

Fuq il-facebook personali tas-sindku tan-nadur Edward Said, qed jingħad li sal-aħħar ta' dan ix-xahar l-MEPA trid tiddeċiedi jekk tagħtix permess biex jinbena ħajt li skont is-sindku se jeqred il-belveder ta' nTriq David Cocco Palmeri fin-Nadur. 

Dan il-permess qed jintalab minn resident privat li taħt il-belveder għandu għalqa u qed jitlob li jkollu privatezza. Fil-fatt dan kien tella l-każ quddiem il-qorti fl-2004 u l-qorti tagħtu raġun. Issa talab il-permess mill-MEPA li mistennija tagħti d-deċiżjoni tagħha fl-aħħar ta' Lulju.

Is-sindku kiteb hekk fuq l-istatus tiegħu. 

Il-Belveder kif inhu llum
Il-Belveder kif inhu llum
Ritratt artistiku ta' kif jiġi jekk jitla l-ħajt
Ritratt artistiku ta' kif jiġi jekk jitla l-ħajt

Fit-30 ta Lulju l-MEPA ghanda quddiema decizjoni importanti hafna ghar-rahal taghna, u li taghha trid ggorr responsabilita shiha. Il-MEPA ser tiddeciedi li taghti permess ghal hajt bhal ma jidher b'mod artistiku fir-ritratt u allura teqred il-belveder ta Triq David Cocco Palmeri? Il-MEPA ser tawtorizza bini ta hajt li jaghti precedent biex jeqirdulna l-belveders l-ohra? Il-MEPA taf x'valur ghandhom il-belveders ghal irhula bhal taghna? Jew il-MEPA ser tkun l-awtorita li turi kuxjenza, u thalli lin-Nadurin u vizitaturi minn kullimkien igawdu dan is-sabih li hallewlna ta qabilna?! Ejja ma nippermettux aktar skandli u sfregji ambjentali... Ejja nkunu kapaci niznu sew kull decizjoni u nifhmu r-riperkussjonijiet... Jiena bhala Sindku u resident tan-Nadur bis-shih nittama li d-decizjoni ftit jiem ohra tkun ibbazata fuq sens komun u fuq turija ta rispett lejn il-komunita tan-Nadur u lil min jzur pajjizna!

More in G?awdex