Il-Gozo Channel qed tinvestiga l-iffullar li wassal għal pandemonju fuq il-vapur

Iċ-ċerman tal-Gozo Channel qalilna li qed jaraw il-filmati biex jinvestigaw eżatt x'ġara

Fuq il-vapur tas-6 ta' filgħaxija tal-bieraħ mill-Port tal-Imġarr Għawdex inqala pandemonju sħiħ meta folla ta' nies ħafna minnhom anzjani kienu qed jistennew wara bieba tat-terminal bie xjiftħilhom ħalli jitilgħu fuq il-vapur. Ġara li nfetħet il-bieba l-oħra flok fejn kien hemm folla tistenna u qam pandemonju sħiħ meta kulħadd beda jimbotta biex jitla fuq il-vapur u jsibu post bil-qiegġdha minħabba li kien hemm folol kbar.

Skont rapporti fuq media oħra intqal li anke weġġgħu ħafif xi nies bid-daqqiet ta' handbags u mbuttar żejjed. L-ILLUM tkellem maċ-ċerman tal-Gozo Channel, Joe Cordina li qalilna li qed jaraw il-filmati mill-kameras tat-terminal biex jinvestigaw x'wassal għal dan il-pandimonju. Qalilna wkoll li żgur hu li kien hemm ħafna nies, pulizija ma kienx hemm u kulħadd ipprova jitla qabel kulħadd. Iżda xorta jibqa fatt li l-Gozo Channel se tinvestiga għal xi nuqqasijiet li seta kien hemm min-naħa tal-kumpanija.

More in G?awdex