Waħda mill-iktar kandidaturi b’saħħithom Għawdxin li qatt ippreżentajna

Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-kandidati Għawdxin
Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-kandidati Għawdxin

Il-Partit Laburista qiegħed jippreżenta 32 kandidat għall-elezzjonijiet tal-11 ta’ April li ġej fil-lokalitajiet Għawdxin, liema kandidati hemm irġiel, nisa, żgħażagħ u anzjani. Din hija waħda mill-aktar kandidaturi b’saħħithom Għawdxin li qatt ippreżentajna.

Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qiegħed iniedi t-tim ta’ kandidati Għawdxin għall-elezzjonijiet lokali tal-11 ta’ April li ġej fix-Xagħra.

Il-Prim Ministru tkellem fuq ix-xogħol li qed isir fil-qasam tal-impjiegi f’Għawdex fejn semma kif f’dawn is-sentejn kienu maħluqa aktar minn 500 impjieg dan bil-kontra ta’ 18 –il job li kienu maħluqa fl-aħħar sena ta’ Amministrazzjoni preċedenti. Qed inżommu l-wegħda tagħna ta’ xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin, stqarr Joseph Muscat.

Il-Mexxej tal-Partit Laburista saħaq li Kunsilli Lokali b’maġġoranza Laburista f’Għawdex qed iwettqu u jġibu d-differenza fil-lokalitajiet tagħhom, u għalhekk qed niġu b’wiċċna minn quddiem nitolbu l-vot tal-Għawdxin, temm jgħid il-Prim Ministru.

More in G?awdex