Raġel ta' 42 sena miż-Żebbuġ Għawdex fil-periklu tal-mewt

Intlaqat minn Peugeot fi triq l-Ewropa, r-Rabat

Raġel ta’ 42 sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex jinsab f’qagħda kritika wara li għal raġuni mhux magħrufa ntlaqat minn vettura fi Triq L-Ewropa, r-Rabat, Għawdex, illum għall-ħabta tas-sebgħa u nofs (1930hrs). 

Il-vettura tal-għamla Peugeot 106 kienet qiegħda tinstaq minn mara ta’ 23 sena, residenti r-Rabat, Għawdex.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajjtu.  

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in G?awdex