Jiġu arrestati 15-il persuna f'Għawdex bid-droga

Fosthom kien hemm nazzjonalità Maltija, Ingliża, Afrikana u Fillandiża

Saret ħidma sħiħa mil-Pulizija ġewwa Għawdex fil-lejl ta’ bejn l-14 u l-15 ta’ Frar 2015, il-lejl tal-Karnival.

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga flimkien mal-Pulizija mit-Taqsima tal-Investigazzjonijiet Kriminali t’Għawdex,  ilbieraħ filgħaxija, għamlu diversi spezzjonijiet fil-gżira t’Għawdex dwar traffikar u abbuż ta’ droga. 

F’dawn l-investigazzjonijiet, il-Pulizija arrestat 15-il persuna – 14-il ġuvni li l-età tagħhom tvarja bejn is-17 u l-31 sena u tfajla ta’ 19-il sena.   Il-persuni arrestati huma ta’ nazzjonalità Maltija, Ingliża, Afrikana u Finlandiża.  Id-droga misjuba kienet Kokaina, Ecstasy, ħaxixa u raża tal-Kannabis

Tlieta mill-persuni arrestati qed jiġu investigati fuq pusses ta’ Kokaina u pilloli Ecstasy li juru li ma kinux għall-użu esklussiv tagħhom.

L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej.

 

More in G?awdex