Skrin kbir fiċ-Ċirkewwa li juri l-venda tal-karozzi tal-linja 'live'

B'hekk dawk li jridu jaqbdu karozza tal-linja m'hemmx għalfejn joqogħdu għal ksieħ u xita barra

Fuq inizjattiva tal-ministeru għal Għawdex, skrin ta' 40'' u 'panel' (RTI) tal-informazzjoni ġie installat fit-terminal tal-Gozo Channel taċ-Ċirkewwa għal konvenjenza ta' dawk li jaslu Malta minn Għawdex. L-iskrin juri eżatt x'qed jiġri fit-terminus tal-karozzi tal-linja barra t-terminal biex jekk tkun ix-xita jew maltemp, wieħed jista' jibqa' ġewwa u jkollu l-informazzjoni kollha ta' xħin waslet il-karozza tal-linja li għandu bżonn jaqbad. Barra hekk ikun hemm informazzjoni għaddejja dwar il-ħinijiet tal-karozzi tal-linja fi xħin ikunu se jitilqu jew jaslu ċ-Ċirkewwa. Dan l-RTI unit jaħdem permezz ta' konnessjoni ma' GSM u dan il-unit kien provdut mill-Malta Public Transport b'xejn fejn anke se tieħu ħsieb il-manteniment tiegħu.

 

More in G?awdex