L-Isptar ta' Għawdex kien imfestat bi ġrieden u wirdien

Is-CEO Dr Nadine Delicata tgħid kif qed tagħti wiċċ u ruħ ġdida lil Sptar li hu tliet sptarijiet f'wieħed

F’Malta hawn diversi sptarijiet għal kull qasam jew mard partikolari, bħal dak ta’ San Vinċenz de Paule għall-anzjani, dak ta’ Monte Carmeli għall-mard mentali u Mater Dei għal mard akut iżda f’Għawdex dawn it-tliet sptarijiet qegħdin taħt saqaf wieħed, fl-Isptar Ġenerali.

Sa ftit ilu dan l-isptar xejn ma kien ta’ xempju sabiħ għall-Għawdxin li riedu s-servizzi minnu. Kien kritikat minħabba nuqqas ta’ iġene, nuqqas ta’ servizzi u anke ħmieġ ma’ kullimkien. Tant hu hekk li l-Kap Eżekuttiv Dr Nadine Delicata qaltilna li sa sena u nofs ilu meta daħlet tmexxi l-isptar sabet infestazzjoni ta’ ġrieden u wirdien, apparat antik ta’ 40 sena ilu u sterilizzazzjoni tal-istrumenti fqira ħafna.

Delicata spjegat li s-sitwazzjoni llum hi differenti ħafna fejn barra li qed jingħataw żewġ tipi ta’ kimoterapija, fi Frar se tibda anke tingħata t-tielet tip ta’ kimoterapija għal fejqan tal-kanċer tas-sider u tal-prostata. Qed isiru wkoll operazzjonijiet tat-tibdil tal-irkoppa u tal-ġenbejn mhux biss għall-Għawdxin iżda qed isiru anke għall-Maltin biex dan l-isptar jgħin lill-Isptar Mater Dei.

It-Tabiba Delicata spjegat kif meta daħlet taħdem hemm, jekk xi ħadd jagħtih uġigħ f’sidru wara s-2pm ma kien hemm ħadd imħarreġ biżżejjed li seta’ jagħmillu ECG iżda issa hemm nies imħarrġa apposta li jistgħu jagħmlulek dan it-test 24 siegħa kuljum. Żiedet tgħid li s-sodod li hemm fis-swali tal-isptar, madwar 160, inbidlu kollha għal sodod moderni fil-ġimgħat li għaddew.

 

Iżjed fil-ħarġa tal-ILLUM

More in G?awdex