Aktar minn 80,000 persuna żaru Bethlehem f'Għajnsielem

Sa nhar il-Ħadd mistennija li jkunu żaru dan il-presepju ħaj 100,000

il-kontinġent li telaq lejn Cologne
il-kontinġent li telaq lejn Cologne

Nhar il-Ħadd tintemm is-sitt edizzjoni ta' Bethlehem f'Għajnsielem fejn mistennija li jkunu żaru dan il-presepju ħaj tant popolari fost l-Għawdxin u ħafna aktar mill-Maltin madwar 100,000 persuna. Dan se jkun rekord kemm ilu jkun organizzat Bethlehem f'Ghajnsielem. 

Sa nhar il-Hadd filghaxija dawk li zaru Bethlehem f'Ghajnsielem qabzu t-tmenin elf persuna b'hekk zaru l-inizjattiva aktar persuni mis-sena li ghaddiet meta zaru l-post 74,000 persuna.
Sadattant illum telaq kontinġent maghmul mit-tliet slaetn maġi, il-viċi sindku ta' Għajnsielem, is-sindku tal-mellieħa u diversi kunsillieri oħra lejn Cologne fil-Germanja fejn se ssir ic-cerimonja tat-tluq tat-tliet magi. Dawn qed ikun akkpmpanjati mill-ministru Anton refalo u ċ-ċerman tal-Milied f'Għawdex l-avukat Joe Mifsud. Bhalissa f'Cologne qeghdin ifakkru t-850 anniversarju meta r-relikwiji tat-tliet magi Caspar, Melchior u Balthazar waslu hemm. Fl-1164 r-relikwi tat-Tliet Magi ttiehdu ghall-belt ta' Cologne.  Gew imqeghda f'kaxxa tad-deheb fil-katidral famuz mibni f'gieh it-Tliet Slaten ta' Cologne.
L-Arcisqof ta' Cologne l-Kardinal Rainer Maria Woelki wara celebrazzjoni fil-Katidral li fiha ha jiehdu sehem kor b'aktar minn tlett elef persuna jibaghat it-tliet Magi lejn Malta biex jibdew il-vjagg taghhom mill-ajruport ghall-Mellieha, jaqbdu l-vapur biex jaslu f'Bethlehem f'Ghajnsielem fil-hin ghac-celebrazzjoni tal-adorazzjoni tal-Magi lil Gesu' Bambin.

Bethlehem f'Ghajnsielem ikun animat is- Sibt 3 ta' Jannar bejn l-4.30 pm u t-8 pm u l-Hadd 4 ta' Jannar bejn s-2 pm u t-8 pm.

More in G?awdex