(AĠĠORNATA) Mara tiżloq fil-pjazza taż-Żebbuġ u tmut

Mara ta' 78 sena instabet mejta fi Pjazza Assunta fiż-Żebbuġ Għawdex.

Kmieni dalgħodu mara anzjana li dehret li kellha bżonn assistenza instabet fi Pjazza Assunta, iż-Żebbuġ.

Għall-ħabta tas-sebgħa neqsin għoxrin (0640hrs) Kuntistabbli tal-Pulizija mill-Għassa taż-Żebbuġ innota persuna mixħuta mal-art wiċċa l-isfel fit-triq.  Hekk kif il-Kuntistabbli u xi persuni oħra ppruvaw jagħtu assistenza lill-anzjana ġie nnotat li l-mara kellha xi ġrieħi, b’hekk fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.  Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li l-mara kienet tilfet ħajjitha u ġiet iċċertifikata mejjta.  Il-mara għandha 78 sena u residenti ż-Żebbuġ stess.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni dwar il-każ sabiex jiġi stabbilit x’wassal għall-mewt tal-anzjana. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J Vella Cuschieri LLD li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

More in G?awdex