SOSPENSJONI TAS-SERVIZZ TAL-VAPUR FIL-MILIED U L-EWWEL TAS-SENA

Il-ħaddiema tal-Gozo Channel jingħataq l-opportunita li jgawdu l-festi mal-familja

Nhar il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, l-Gozo Channel ser tkun qed tissospendi s-servizz tagħha bejn nofsinhar (12:00) u t-tlieta ta’ wara nofsinhar (15:00). Is-servizz se jkun sospiż sabiex l-impjegati tal-kumpanija li jkunu xogħol f’dawn il-ġranet, ikunu jistgħu jieklu mal-familji u l-ħbieb tagħhom.

Fil-jumejn imsemmija, l-vjaġġi ta’ 12:00, 12:45, 13:30 u 14:15 hrs mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa u l-vjaġġi tal-12:45, 13:30, 14:15 u 15:00 hrs miċ-Ċirkewwa mhumiex se jsiru. Dan ifisser li l-aħħar vjaġġ mill-Imġarr ikun fil-11:15, filwaqt li l-aħħar trip miċ-Ċirkewwa huwa skedat għal-nofsinhar (12:00).  Wara nofsinhar, is-servizz jerġa jibda fit-15:00 mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa, filwaqt li l-ewwel vjaġġ miċ-Ċirkewwa għall-Imġarr ikun dak tal-15:45 hrs.

Il-Bord tad-Diretturi tal- Gozo Channel Co. Ltd. jixtieq jesprimi l-apprezzament tiegħu lejn il-ħaddiema tal-kumpanija li huma obbligati jaħdmu xifts twal u xi drabi f’kundizzjonijiet ta’ temp diffiċċli. Il-kumpanija tieħu ukoll l-opportunita` li tirringrazzjhom għal l-isforzi li jagħmlu u x-xogħol eċċellenti sabiex jipprovdu servizz kostanti lill-passiġġiera.

More in G?awdex