F'5 xhur ingħataw 4,679 ċitazzjoni fir-Rabat, Għawdex

Dawn ġew mogħtija minn meta beda x-xogħol fiċ-ċentru tar-Rabat, f'Mejju ta' din is-sena

Il-gwardjani lokali taw 4,224 ċitazzjoni f'Għawdex  f'ħames xhur
Il-gwardjani lokali taw 4,224 ċitazzjoni f'Għawdex f'ħames xhur

Minn mindu bdew ix-xogħlijiet fi Pjazza Sabina, jiġifieri minn Mejju 2014 sal-lum, il-Pulizija ħarġu 409 ċitazzjoni, il-gwardjani ħarġu 4,224 ċitazzjoni, il-PTA ħarġu 39 ċitazzjoni u l-Educational ħarġu seba’ ċitazzjonijiet.

Dan qalu l-Ministru Owen Bonnici fil-Parlament wara mistoqsija tal-Membru Parlamentari Laburista, Carmelo Abela li staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: "Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex, introduċiex xi miżuri biex jiġi indirizzat l-iġġammjar tat-traffiku madwar ir-Rabat kollu? Il-Kunsill tar-Rabat huwa konxju li hemm bottleneck ta’ traffiku fil-junction bejn it-Triq ta’ Wara s-Sur u Triq l-Imgħallem? Għalfejn il-Kunsill ħass il-ħtieġa li jqabbad diversi gwardjani jagħtu multi lill-vetturi li jgħaddu minn fuq in-no entry sign fil-parti tat-Triq ta’ Wara s-Sur u Triq il-Kapuċċini wara li jkunu weħlu fil-bottleneck imsemmija? Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu tickets f’dan il-lokal kemm ilhom li bdew ix-xogħlijiet fi Pjazza Sabina?

Il-Ministru Bonnici wara li tah l-informazzjoni dwar l-eluf ta' ċitazzjonijiet li ngħataw fil-kapitali Għawdxija qal ukoll li l-gwardjani lokali ma jitqabbdux mill-Kunsilli Lokali iżda mill-Kumitati Reġjonali, fil-każ ta’ Għawdex jitqabbdu mill-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex.

More in G?awdex