Erbat ijiem ta’ xalar għall-anzjani f’Għawdex

Skema għall-anzjani

‘Neħduk Għawdex’ hu l-isem ta’ skema għall-anzjani maħluqa mis-Segretarju Parlamentari għall-anzjanità, l-Għawdxija Justyne Caruana bil-kollaborazzjoni mal-GTA (Gozo Tourist Authority)

L-għan ta’ din l-iskema hi li tħajjar anzjani residenti Maltin li jżuru Għawdex għal erbat ijiem bl-opportunità li joqogħdu f’lukanda li jagħżlu huma b’offerti speċjali u fl-istess ħin tkun qed tiġi promossa l-kultura Għawdxija.

Hi wkoll promozzjoni għal Għawdex li hu post trankwill fejn l-anzjani jistgħu jqattgħu erbat ijiem għall-kwiet u l-paċi.

F’dawn l-erbat ijiem magħżula mill-istess anzjani bejn nhar ta’ Tnejn u l-Ħamis ikun hemm programm sħiħ li jinkludi li żżur il-villaġġ tal-artiġġjanat Għawdxi, il-mużew ta’ Karmni Grima fl-Għarb, is-santwarju ta’ Pinu, il-mużew marittimu tan-Nadur, ir-Rotunda tax-Xewkija, il-villaġġ tal-ikel ta’ Magro fix-Xewkija, mixjiet, tombla u ħafna attivitajiet oħra, li jkunu mmexxija minn tour leader tal-post.

Il-lukandi f’din l-iskema huma:

Tal-Ħames Stilel - Ta’ Ċenċ Hotel u Kempinski Hotel

Ta’ Erba’ Stilel - Hotel Calypso, Grand Hotel, Cornucopia Hotel u St Patricks Hotel

Ta’ Tliet Stilel - Downtown Hotel, Xlendi Resort & Spa

Il-prezzijiet jibdew minn €174 ta’ 4 ijiem full board fi 3 star sa €397 f’kamra waħdek f’lukanda ta’ 5 stilel, inkella €337 f’kamra doppja f’lukanda ta’ 5 stilel. 

Min jinteressa ruħu għandu jikkuntattja lil GTA fuq 27565171 jew jibgħat imejl fuq [email protected] 

More in G?awdex