Turiżmu diskuss f’Għawdex

Il-Ministru Zammit Lewis mal-GTA
Il-Ministru Zammit Lewis mal-GTA

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis ilbieraħ għamel żjara f’Għawdex fejn iltaqa’ mal-bord tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex. Għal din il-laqgħa kien preżenti l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, iċ-Ċermen u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Dr. Gavin Gulia u s-Sur Josef Formosa Gauci.
L-ATGħ għamlu preżentazzjoni dwar kif inhu sejjer is-settur turistiku fil-gżira Għawdxija. Ġie żvelat li kien hemm riżultati inkorraġanti għas-settur. Il-Ministru għat-Turiżmu wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-isforz li qegħdin jagħmlu l-istakeholders fil-qasam turistiku.
Uħud mill-punti li ġew diskussi kienu l-politika tal-Gvern vis-a-vis ir-riżorsi umani, inizjattivi ta’ attivitajiet li jiġbdu iktar interess lejn Għawdex u proġetti infrastrutturali li jtejbu l-kwalità tal-prodott tagħna.
Zammit Lewis tenna li ser jaħdem b’konsistenza biex jara lid-destinazzjoni t’Għawdex tkompli tissaħħaħ f’livelli għoljin. Kien hemm qbil biex il-Ministru tat-Turiżmu, l-MTA u l-ATGħ jiltaqgħu regolarment.

More in G?awdex