70,000 ruħ jiċċellebraw lejlet l-Ewwel tas-Sena l-Belt

Din is-sena kienet l-ikbar ċelebrazzjoni ta' Lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-Belt Valletta

(Ritratt: MCLG)
(Ritratt: MCLG)

Il-Ministeru għall-Kultura jestima li mas-70,000 persuna inġabru Pjazza San Ġorġ, Pjazza Tritoni u madwar il-Port il-Kbir nhar l-Erbgħa lejlet l-Ewwel tas-Sena fejn għalqu s-sena b'logħob tal-ajru spettakolari.

Iċ-ċelebrazzjonijiet inkludew prestazzjonijiet fi Pjazza San Ġorġ minn numru ta’ artisti lokali fosthom Glen Vella, Aidan, Drakard, Denise, Gaia, Karin Duff, Keith Zammit Mintoff, Klinsmann u Miriana Conte, kif ukoll b'prestazzjoni mill-artist ta' fama mondjali John Newman. Iċ-Ċelebrazzjoni kienet ippreżentata mill-personalitajiet lokali Ron, Jamie Cardona u Taryna Mamo Cefai.

Mat-tokki ta' nofs il-lejl, il-logħob tan-nar telaq mill-Port il-Kbir fejn mela s-smewwiet b'spettaklu mill-isbaħ għaċ-ċelebrazzjoni tas-sena l-ġdida, b'folol kbar isegwu l-kuluri jiċċaqalqu. Il-Ministeru rrapporta li din kienet l-ikbar ċelebrazzjoni ta' Lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-Belt Valleta li għalqet il-programm tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għas-sena 2025.

 

More in Socjali