It-tipjip se jiġi projbit fir-Ramla tal-Mixquqa u r-Ramla l-Ħamra

Mill-1 ta' Jannar, il-bajjiet ta' Ramla tal-Mixquqa (Golden Bay) u r-Ramla l-Ħamra b'żoni għat-tipjip b'projbizzjoni ta' tipjip f'postijiet barra minn din iż-żona

(Ritratt: MEEC)
(Ritratt: MEEC)

It-tipjip se jiġi projbit fuq il-bajjiet ir-Ramla tal-Mixquqa (Golden Bay) r-Ramla l-Ħamra ħlief f'żoni dedikati għat-tipjip mill-1 ta' Jannar.

Flimkien mal-projbizzjoni se jitwaħlu tabelli fl-entraturi ta' dawn il-bajjiet b'notifikazzjoni li t-tipjip huwa projbit u ż-żoni se jkunu mmarkati b'mod car b'tabelli tal-apposta.

L-infurzar ta' din il-projbizzjoni se tkun ir-responsabbilta' tal-pulizija, uffiċjali tal-LESA, uffiċjali tal-Awtorita' għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), uffiċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u uffiċjali tal-Awtorita' tat-Turiżmu (MTA). Min jinqabad ipejjep fiż-żoni mhux dedikati għat-tipjip se jeħel multa ta' €150, mingħajr twissijiet. 

“Żoni apposta għat-tipjip jippermettulna nipproteġu aħjar l-ambjent kostali billi nnaqqsu l-iskart u t-tniġġis tal-plastik li jagħmlu ħsara lill-ekosistemi marini tagħna," qal il-Kap Eżekuttiv tal-ERA, Kevin Mercieca.

 

More in Socjali