Dak li beda bħala konverżazzjoni bejn Joe Galea u bintu, illum sar negozju artiġjanali li qed jieħu sehem f’wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi fid-dinja tad-disinn. NemNem Candles, marka magħrufa għall-prodotti dekorattivi u x-xemgħat magħmulin bl-idejn, se tkun għal darb’oħra fost l-esibituri fil-Fiera f’Milan.
Galea jispjega li l-idea kienet ilha tberren f’moħħu. “Kont nitkellem spiss mat-tifla tiegħi. Kulma ridna kien li nsibu l-mument ideali biex nibdew nesploraw din l-idea. Kienet il-Covid li finalment ġegħlitna nidħlu aktar fid-dettall,” jgħid. Iżda l-bidu ma kienx faċli. Meta NemNem Candles bdiet tieħu l-forma fi żmien il-pandemija, il-bejgħ kważi nieqes għalkollox. “Dak iż-żmien il-bibien tal-fabbrika kienu magħluqin. Il-bejgħ waqaf u dik kienet sfida minnha nnifisha,” jirrakkonta Galea.
Proċess li jieħu l-ħin — u ħafna paċenzja
Il-prodotti ta’ Nemnem Candles jitnisslu kollha bl-idejn, mill-ewwel prototip sal-ippakkjar. “Nibdew noħolqu l-ewwel mudell biex ikun perfett kemm jista’ jkun. Minn hemm jinħolqu l-forom tas-silikon u jibda l-proċess tat-taħlit tal-ġibs u s-siment. Wara li jitferra’ fil-forom u jissolidifika, il-kontenitur jitnaddaf, jinxef, u jinqala’,” jispjega Galea.
Imbagħad il-prodott jiġi miksi b’taħlita speċjali biex jibqa’ b’saħħtu u reżistenti. “Hekk kif jinxef, jintbagħat għall-mili bix-xemgħa, nagħlquhom u nippakkjawhom.” Galea jara x-xogħol bl-idejn bħala vantaġġ. “Ix-xogħol tagħna fih id-difetti tiegħu, imma proprju minħabba li hu magħmul bl-idejn. Mill-iżbalji nitgħallmu u nersqu lejn prodott kemm jista’ jkun biex ikun viċin il-perfezzjoni.”
Minn garaxx għal Milan
Il-prodotti ta’ Nemnem Candles jitnisslu kollha bl-idejn, mill-ewwel prototip sal-ippakkjar. “Nibdew noħolqu l-ewwel mudell biex ikun perfett kemm jista’ jkun. Minn hemm jinħolqu l-forom tas-silikon u jibda l-proċess tat-taħlit tal-ġibs u s-siment. Wara li jitferra’ fil-forom u jissolidifika, il-kontenitur jitnaddaf, jinxef, u jinqala’,” jispjega Galea. Imbagħad il-prodott jiġi miksi b’taħlita speċjali biex jibqa’ b’saħħtu u reżistenti. “Hekk kif jinxef, jintbagħat għall-mili bix-xemgħa, nagħlquhom u nippakkjawhom.” Galea jara x-xogħol bl-idejn bħala vantaġġ. “Ix-xogħol tagħna fih id-difetti tiegħu, imma proprju minħabba li hu magħmul bl-idejn. Mill-iżbalji nitgħallmu u nersqu lejn prodott kemm jista’ jkun biex ikun viċin il-perfezzjoni.”