Marvin Gaerty maħtur chairman eżekuttiv ġdid ta’ Malita Investments
eks kummissarju tat-taxxi Marvin Gaerty inħatar chairman eżekuttiv ta’ Malita Investments plc, wara r-riżenja ta' Johann Farrugia
More in Socjali
eks kummissarju tat-taxxi Marvin Gaerty inħatar chairman eżekuttiv ta’ Malita Investments plc, wara r-riżenja ta' Johann Farrugia
L-eks kummissarju tat-taxxi Marvin Gaerty inħatar chairman eżekuttiv ta’ Malita Investments plc, ħabret il-kumpanija l-Erbgħa filgħaxija. Huwa se jieħu post Johan Farrugia, li rriżenja qabel fl-istess ġurnata, wara biss tliet xhur f’dik il-kariga.
Fi stqarrija, il-Bord ta’ Malita faħħar l-esperjenza ta’ tmexxija ta’ Gaerty, u qal li għandu “impenn qawwi lejn governanza soda,” filwaqt li esprima kunfidenza li taħt it-tmexxija tiegħu l-kumpanija se tkompli timxi lejn l-għanijiet strateġiċi tagħha b’livelli għoljin ta’ governanza.
Malita Investments hija kumpanija elenkata pubblikament li tmexxi proġetti kbar ta’ proprjetà governattiva, u taqa’ taħt ir-remit tal-Ministru għall-Housing Roderick Galdes.
Il-kumpanija kienet riċentament ammettiet li qed tiffaċċja “ċertu sfidi ta’ likwidità,” fost kritika dejjem tikber dwar is-sospensjoni tax-xogħol fuq sit ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Farruġ. Il-Bord qal li nfetħu diskussjonijiet mal-Housing Authority u entitajiet tal-gvern dwar il-futur tal-proġett tal-Affordable Housing, iżda “għad m’hemm l-ebda deċiżjoni finalizzata.”
Id-deċiżjoni tiġi wkoll fid-dawl ta’ kontroversja politika li reġgħet tqajmet nhar it-Tlieta, meta l-eks MEP Laburista Marlene Mizzi Allegat li t-tneħħija tagħha minn Malita fl-2024 saret ftit ġimgħat wara li oġġezzjonat għal dak li qalet kien “indħil politiku” mill-ministru u kuntatti eċċessivi tiegħu mal-kuntratturi tal-kumpanija.
Il-Gvern għandu 82% tas-sehem f’Malita, li fl-aħħar xhur saret suġġett ta’ pressjoni legali wara li diversi kuntratturi fetħu kawżi biex iġiegħlu l-kumpanija tħallas id-djun pendenti.