Din L-Art Ħelwa tikkundana l-pjanijiet għall-Batterija tal-Qolla l-Bajda

DLĦ tappella lil Ministru għall-Artijiet u l-Wirt Kulturali sabiex jikkunsidra din id-deċiżjoni u jħalli din il-propjeta tiġi rilaxxata mill-Awtorita' tal-Artijiet sabiex tkun tista tiġi restawrata għall-ġid tan-nazzjon kollhu

Il-Batterija (Ritratt ta' Daniel Cila)
Il-Batterija (Ritratt ta' Daniel Cila)

L-għaqda kulturali Din l-Art Ħelwa kkundanat il-pjanijiet għall-kummerċjalizzazzjoni għall-Batterija tal-Qbajjar magħrufa wkol bħala l-Batterija tal-Qolla l-Bajda f'Għawdex u qatgħat tal-melħ u l-art fil-qrib, monument ta' Grad 1 ta' importanza nazzjonali. Dan il-monument illum huwa "monument f'riskju serju ta' telf totali," skont l-istess għaqda.

L-għaqda ila tikkampanja għal aktar minn 20 sena sabiex din il-Batterijatiġi restawrata u tiġi miċmuma kif xieraq skont il-mekkaniċmu legali stabbilit taħt l-Att dwar il-Wirt Kulturali li jgħati l-potter lill-NGOs jirrestawraw u jmexxu siti bħal din.

“Din il-fortifikazzjoni storika, mibnija għad-difiża tal-gżejjer tagħna, m’għandhiex tinbiegħ għall-profitt,” qal Patrick Calleja, President Eżekuttiv ta’ Din l-Art Ħelwa. “Il-Batterija tappartjeni lill-poplu Malti u Għawdxi, u rrestawr u l-preservazzjoni tagħha għandhom iservu għal skopijiet kulturali, edukattivi u komunitarji — mhux għal interessi kummerċjali privati," qalet l-għaqda fi stqarrija.

Din l-Art Ħelwa kienet diġa' ġiet mwiegħda li se tieħu ħsieb dil il-Batterija fl-2007 u wkoll fl-2021, meta José Herrera awtorriza l-bidu ta' dan il-proċess. "Minkejja dan, il-progress ilu jiġi mblukkat b’mod ripetut, bil-Lands Authority tonqos milli tirrilaxxa s-sit għall-kuratel." DLĦ qalet li wara snin ta' abbandun u espożizzjoni għall-elementi naturali, dan il-monument hemm ċans li jintilef jekk ma jiġix restawrat.

L-għaqda flimkien man-National Trust (UK) u l-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ bdiet taħdem sabiex tiżviluppa pjanijiet għar-restawar u użu komunitarju tal-monument.

“Din l-Art Ħelwa m’għandhiex interess fi profitt,” kompla jgħid Calleja. “Luniku skop tagħna hu li nipproteġu u niftħu dan is-sit storiku għall-pubbliku u għall-ġenerazzjonijiet futuri. Dan il-monument, skedat Grad 1, diġà sofra minn biżżejjed tifrik u ħsara matul iż-żmien meta kien jintuża bħala stabbiliment kummerċjali, u mhux sew ikun espost għal aktar interventi li ma jkunux fl-interess tiegħu biss," qal Patrick Callejja, il-president tal-għaqda.

DLĦ tappella lil Ministru għall-Artijiet u l-Wirt Kulturali sabiex jikkunsidra din id-deċiżjoni u jħalli din il-propjeta tiġi rilaxxata mill-Awtorita' tal-Artijiet sabiex tkun tista tiġi restawrata għall-ġid tan-nazzjon kollhu.

More in Socjali