FʼSettembru 2025, l-Indiċi Totali tal-Prezzijiet tal-Produtturi Industrijali rreġistra żieda taʼ 0.1 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar tal-2024.
Il-prezzijiet tal-oġġetti kapitali u tal-oġġetti tal-konsum telgħu bʼ5.0 fil-mija u bʼ1.2 fil-mija, rispettivament. Min-naħa l-oħra, l-oġġetti intermedji niżlu bi 2.9 fil-mija. Ma kienx hemm tibdil fil-prezz fis-settur tal-enerġija.
Il-prezzijiet tal-produtturi industrijali għas-suq domestiku żdiedu bʼ0.7 fil-mija. Kienu rreġistrati żidiet fl-oġġetti tal-konsum (2.9 fil-mija) u fl-oġġetti kapitali (0.3 fil-mija). Għall-kuntrarju taʼ dan, l-oġġetti intermedji naqsu bʼ0.2 fil-mija.
Il-prezzijiet mhux domestiċi niżlu bʼ0.4 fil-mija. Il-prezzijiet tal-oġġetti maħsuba għaż-Żona mhux tal-Ewro naqsu bʼ1.7 fil-mija, filwaqt li dawk maħsuba għaż-Żona tal-Ewro żdiedu bʼ1.2 fil-mija.
Tqabbil max-xahar taʼ qabel
FʼSettembru 2025, l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Produtturi Industrijali telaʼ bʼ0.6 fil-mija meta mqabbel maʼ Awwissu 2025. Kienu rreġistrati żidiet fl-oġġetti kapitali (2.1 fil-mija) u fl-oġġetti intermedji (1.1 fil-mija). Ma kien hemm l-ebda tibdil fil-prezzijiet fis-setturi tal-enerġija u tal-oġġetti tal-konsum.
Il-prezz totali tas-suq domestiku ma nbidilx, filwaqt li l-prezzijiet mhux domestiċi żdiedu bʼ1.2 fil-mija. Il-prezzijiet tal-oġġetti maħsuba għaż-Żona mhux tal-Ewro u għaż-Żona tal-Ewro telgħu bʼ1.6 fil-mija u bʼ0.8 fil-mija, rispettivament.