Titnaqqas il-konċentrazzjoni tal-visitaturi b' 68% fil-Blue Lagoon
L-Awtorita' tat-Turiżmu Maltija mistennija tħabbar proposti fit-tul għar-ribalitazzjoni tal-Blue Lagoon

More in Socjali
L-Awtorita' tat-Turiżmu Maltija mistennija tħabbar proposti fit-tul għar-ribalitazzjoni tal-Blue Lagoon
Is-sistema l-ġdida ta' riżervar għall-Blue Lagoon li ġiet introdotta f'Mejju li għadda qed tħalli l-frott, hekk kif l-ogħla konċentrazzjoni ta' viżitaturi f'Lulju u Awwissu ta' din is-sena kienet ta' 3,830, nuqqas ta' 68% meta mqabbla mas-sena l-oħra.
F'stqarrija, l-Awtorita' tat-Turiżmu Maltija (MTA) ħarġet ċifri oħra riżultat ta' dan is-sistema. L-ammont medju ta' viżitaturi fit-tliet drabi bis-sistema l-ġdida nieżel għal 1,979. Kif ukoll mill-189 ħinijiet disponibbli f'Lulju u Awwissu, f'34 biss kien hemm iżjed minn 3,000 viżitatur reġistrat.
Din is-sistema hija waħda mill-bosta miżuri li ġew introdotti dan is-sajf bl-għan ta' iżjed ambjent sostenibbli fil-Blue Lagoon u esperjenza aħjar għall-viżitaturi. L-MTA appuntat il-kumpanija Mizzi Studio sabiex taħdem fuq proposti fit-tul ta' riabilitazzjoni li twassal għal preservazzjoni tas-sbuħija naturali tas-sit waqt li jiġi żgurat il-bilanċ ekoloġiku u aċċess sostenibbli għal pubbliu.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA Carlo Micallef qal: "Billi qed jiġu kkontrollati n-numri ta’ viżitaturi fl-iżjed ħinijiet popolari u jitqassam il-volum, is-sistema ta’ riżervar qed tgħinna nibdew vjaġġ biex nipproteġu l-Blue Lagoon u noffru esperjenza aħjar lill-viżitaturi. Dawn it-titjib jenfasizzaw l-effettività tal-miżuri meħuda s’issa, u d-determinazzjoni ta’ Team Blue Lagoon u tal-entitajiet sieħba tagħna li jkomplu jaħdmu fid-direzzjoni li ħadna."