Aktar minn 700 qattus tat-triq ġew imsewwija fl-2025

Aktar minn 700 qattus ġew msewwija fl-2025 bħala parti mill-kampanja tal-Gvern li tnieda f’Ġunju tal-2023

Aktar minn 700 qattus ġew imsewwija matul din is-sena, ħabret is-Segretarju Parlamentari għall-Annimali Alicia Bugeja Said nhar il-Ħamis.

Dan ifisser li sa minn meta tnediet l-Kampanja Nazzjonali mill-Gvern f’Ġunju tal-2023, ġew msewwija aktar minn 4,500 qattus.

“Din hija kisba importanti f’dak li kien wegħda elettorali tal-Gvern. Il-programm mhux biss jgħin biex titnaqqas il-popolazzjoni u l-mard fost il-qtates fit-triq, iżda wkoll biex jingħata appoġġ lil dawk li jittmawhom kuljum b’dedikazzjoni kbira madwar Malta u Għawdex,” qalet Bugeja Said.

Hija rringrazzjat ukoll lill-voluntiera għall-ħidma tagħhom ta’ kuljum fil-komunità.

Il-kampanja li s-sena l-oħra kien imħabbar li ġie estiż ukoll għall-breed bully u l-klieb li jinstabu f’żoni rurali, diġà wassal biex jiġu msewwija 85 kelb minn meta tnediet l-iskema.

More in Socjali