Ir-rata annwali tal-inflazzjoni f’Lulju 2025 stabbli bi 2.5 fil-mija

F’Lulju 2025, l-inflazzjoni f’Malta żammet ir-rata ta’ 2.5% bil-prezzijiet tal-ikel, xorb u trasport jagħmlu l-akbar kontribuzzjoni, filwaqt li komunikazzjoni u ħwejjeġ jillimitawha

FʼLulju 2025, ir-rata annwali tal-inflazzjoni kif imkejla mill-HICP baqgħet bħalma kienet fix-xahar taʼ qabel fir-rata taʼ 2.5 fil-mija.

L-ogħla rati annwali taʼ inflazzjoni kienu rreġistrati fl-Edukazzjoni (5.2 fil-mija) u fit-Trasport (4.6 fil-mija). 

Min-naħa l-oħra, il-Komunikazzjoni (-3.1 fil-mija) u l-Ħwejjeġ u ż-żraben (-0.3 fil-mija) irreġistraw l-aktar rati baxxi tal-inflazzjoni annwali.

FʼLulju 2025, l-akbar kontribuzzjoni pożittiva għall-inflazzjoni annwali ġiet mill-Indiċi tal-Ikel u x-xorb mhux alkoħoliku (+0.64 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tal-laħam. 

It-tieni u t-tielet l-akbar kontribuzzjonijiet għall-inflazzjoni annwali kienu nnotati fl-Indiċi tar-Ristoranti u lukandi (+0.62 punti perċentwali) u fl-Indiċi tat-Trasport (+0.54 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tas-servizzi tar-ristoranti u tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, rispettivament.

Il-kontribuzzjonijiet negattivi għall-inflazzjoni annwali kienu rreġistrati fl-Indiċi tal-Komunikazzjoni (-0.11 punti perċentwali) u fl-Indiċi tal-Ħwejjeġ u ż-żraben (-0.01 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet inqas għal tagħmir tal-mowbajl u ż-żraben, rispettivament .

FʼLulju 2025, ir-rata annwali għal Malta kienet ta’ 2.5 fil-mija, 0.5 punti perċentwali ogħla mir-rata taʼ 2.01 fil-mija rreġistrata fiż-żona tal-ewro.

 

More in Socjali