Ir-Road Policing Unit ġiet imsejħa 153 darba f’xahrejn
Il-Unit issejħet għal 153 inċident f’iżjed minn 20 lokalità differenti
.jpeg)
More in Socjali
Il-Unit issejħet għal 153 inċident f’iżjed minn 20 lokalità differenti
Is-sezzjoni ġdida tal-Korp tal-Pulizija ddedikata għall-infurzar tar-regolamenti tat-traffiku, ir-Road Policing Unit (RPU), issejħet u attendiet għal 153 inċident fis-seba’ ġimgħat li ilha topera.
Dawn in-numri ħarġu wara li saret mistoqsija parlamentari mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea lill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.
In-numri nqasmu ġimgħa b’ġimgħa minn mindu beda jopera l-qasam speċjali fis-27 ta’ Mejju 2025. L-ewwel ġimgħa, mis-27 ta’ Mejju sal-31 ta’ Mejju, l-RPU issejħu fi tmien inċidenti f’seba’ rħula differenti: San Pawl il-Baħar, Ħaż-Żabbar, Tal-Pietà, Ħal Qormi, Birżebbuġa, Birkirkara, u San Ġiljan.
Il-ġimgħa li tibda mill-1 ta’ Ġunju u tispiċċa fis-7 ta’ Ġunju, il-unit issejjaħ 23 darba, f’bosta rħula fosthom iż-Żurrieq, Raħal Ġdid, iż-Żejtun, il-Mellieħa, il-Ħamrun, il-Mosta, Ħal Qormi, il-Marsa, San Pawl il-Baħar, Birkirkara, Marsaskala, Tas-Sliema, l-Isla, il-Fgura, l-Imġarr, u Ħ’Attard.
Bejn it-8 ta’ Ġunju u l-14 ta’ Ġunju, huma ssejħu 29 darba fi 22 raħal differenti: l-Imġarr, iż-Żurrieq, San Pawl il-Baħar, Ħ’Attard, Raħal Ġdid, il-Mosta, Tal-Pietà, in-Naxxar, Ħaż-Żabbar, San Ġwann, Santa Venera, is-Swieqi, Marsaskala, San Ġiljan, l-Imsida, is-Siġġiewi, il-Gżira, il-Mellieħa, il-Fgura, iż-Żejtun, u l-Kalkara.
Mill-15 ta’ Ġunju sal-21 ta’ Ġunju huma kienu fuq il-post fi 23 inċident f’San Pawl il-Baħar, il-Fgura, il-Marsa, il-Furjana, Ħal Tarxien, San Ġwann, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun, Marsaxlokk, Raħal Ġdid, Ħal Luqa, il-Gudja, San Ġwann, il-Qrendi, u Birkirkara.
Fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju, mit-22 sat-30, kien hemm l-iżjed drabi fejn issejħu fuq il-post l-RPU, 32 darba f’San Ġiljan, Tas-Sliema, iż-Żejtun, l-Imsida, Ħal Luqa, Birkirkara, is-Siġġiewi, Tal-Pietà, Raħal Ġdid, il-Qrendi, il-Gżira, il-Ħamrun, in-Naxxar, il-Furjana, ir-Rabat, l-Imġarr, il-Mosta, Santa Venera, San Pawl il-Baħar, Ta’ Xbiex, il-Mellieħa, il-Belt Valletta, Marsaxlokk, u San Ġwann.
Fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju, mill-1 sas-7, kien hemm 12-il inċident fejn issejħu fuq il-post fin-Naxxar, il-Ħamrun, San Ġiljan, iż-Żejtun, Raħal Ġdid, il-Mellieħa, Marsaskala, Tas-Sliema, u l-Mosta.
Bejn it-8 ta’ Lulju sal-14 ta’ Lulju, ġew irrappurtati 26 inċident fejn marru l-RPU f’bosta rħula inkluż il-Fgura, iż-Żejtun, il-Gżira, u l-Imqabba.